
L-ahhar granet ta' Edith Stein 
"Id-dinja qeghda taqbad. Il-glieda bejn
Kristu u
l-Anti-Kristu qed isehh issa fil-berah!
Jekk
inti taghzel il-Kristu, din l-ghazla
tista'
tiswielek hajtek!" Kliem retoriku
bla
ebda valur prattiku? Illuzjoni poetika
ta'
min ma ghandux x'jaghmel?
Le, dan il-kliem kitbitu mara li kienet
qed
tara gwerra ingusta qed tfaqqa quddiem
ghajnejja.
Kitbitu mara li ghax ghazlet lil Kristu
tassew
giet maqtula! Kien jisimha Edith Stein.
Nhar
il-Hadd 11 ta' Ottubru l-Papa Gwanni
Pawlu
II se jiddikjara lil din is-soru Terezjana
qaddisa ghall-Knisja kollha.
Edith Stein hija rigal
Twieldet gewwa familja Lhudija. Missierha
miet meta kellha sena u nofs. Ta' tlettax
il-sena halliet il-fidi - hasset li
Alla
mhux kapaci jaghti twegiba serja ghall-problemi
tal-bniedem.
Ta' hamsa u ghoxrin sena kienet ga
lahqet
il-quccata akkademika - il-Professur
Edmund
Husserl, il-'missier' tal-filosofija
hekk
msejha fenomenologika, hatarha bhala
assistenta
tieghu.
Berqa fil-bnazzi intelletwali taghha
kien
l-attegjament seren ta' l-armla Anna
Reinach
quddiem il-mewt bikrija ta' zewgha
fl-Ewwel
Gwerra. "Din kienet l-ewwel laqgha
tieghi
mas-Salib u s-setgha li Alla jaghti
lis-Salib
lil min igorru." Gie f'idha l-Awtobijografija
ta' Santa Tereza ta' Gesù. Sammritha!
Il-pregudizzji
kollha taghha waqghu. Hames xhur wara
tghammdet
fil-Knisja Kattolika. Kellha tletin
sena.
"Kienet ferhana qisha tifla zghira.
Tassew sabiha."
Bdiet tghallem fi skola sekondarja
tal-bniet
gewwa Speyer. Din il-hidma fl'edukazzjoni
fethilha l-orizzonti fuq l-problematika
tal-mara
moderna. Giet mitluba tati lectures
fuq il-vokazzjoni
u l-missjoni tal-mara fid-dinja ta'
illum
gewwa l-Germanja, l-Austria u l-Svizzera.
Kellha vizjoni tassew moderna u gdida.
Edith Stein hija talba
Imma "l-Anti-Krist" Nazista
kien
ga beda jhaddem l-ingranagg djaboliku
tieghu.
Bdew il-ligijiet kontra l-Lhud. Ir-razza
Arjana trid tigi msaffija minn kull
dell
ikrah! Il-bibieb kollha inghalqu ghall-Edith.
Dan swielha hafna ugiegh. Imma fl-istess
hin, il-vizjoni tal-fidi tatha dimensjoni
ohra. Rat l-id providenzjali ta' Alla
tahdem.
Fl-ahhar setghet taghmel il-pass li
dejjem
xtaqet taghmel. Setghet tidhol Soru
tal-klawsura
mal-Karmelitani Skalzi. Il-familja
kollha
taghha, l-aktar ommha, baqghu ixxukjati
u
irrabjati b'din id-decizjoni taghha.
Rawha
bhala tradiment. Kellha tghix f'gisimha
dak
li jghid l-Imghallem, "min ma
jobghodtx
lill-missieru, lill-ommu..."
Ta' erbghin sena dahlet soru Terezjana
fil-Monasteru
ta' Kolonja, Germanja. Hadet l-isem
ta' Swor
Tereza Benedetta tas-Salib. "Tassew
nemmen li Alla accetta hajti bhala
offerta
ghal kulhadd. Hu importanti ghalija
li nzomm
lil Regina Ester quddiem ghajnejja
u niftakar
kif hi giet mifruda mill-poplu taghha
sewwasew
biex tkun tista' tintercedi ghalihom
quddiem
is-sultan. Naf li jiena mhiniex hlief
Ester
zghira, fqira u bla siwi, imma il-fatt
li
s-Sultan li ghazilni hu hniena u tjubija
bla tarf ifarragni."
Fil-bidu tas-sena 1939 ikollha tahrab
lejn
l-monasteru ta' Echt, l-Olanda biex
tifranka
hafna inkwiet lis-sorijiet. Il-oppressjoni
Nazista kienet qed tihrax sewwa. Fl-ahhar
splodiet.
Il-Hadd 26 ta' Lulju 1942, fil-Knejjes
kollha
kattolici inqrat ittra pastorali miktuba
mill-Isqfijiet ta' l-Olanda fejn ddeploraw
bl-ahrax il-ligijiet kontra l-Lhud
f'pajjizhom.
Dawn kienu qed jigu trattati bhal bhejjem.
L-isqfijiet Kattolici qalu : Bizzejjed!
Ir-Reich Commissar wiegeb mill-ewwel
b'mod
drastiku. Billi beza' johodha kontra
l-gerarkija
Kattolika, hadha kontra s-seba' mitt
Lhud
Kattoliku li kien hemm l-Olanda. Kollha
ghandhom
jigu deporati minnufih. Ebda' talba
ta' hniena
ma ghandha lanqas biss tigi meqjusa!
Is-sorijiet tal-monasteru ta' Echt
ma indunawx
mill-ewwel bil-gravita tal-qaghda taghhom.
L-Isqof assigurahom li mhu se jigri
xejn.
Dik il-gimgha stess, Swor Teresa Benedetta
kienet qed tikteb lis-sorijiet taghha
ta'
Kolonja fuq il-possibiltà li tmur Svizzera
ma' ohtha.
Edith Stein hija weghda
Imma il-bidu tat-tmiem kien wasal ghal
Edith.
Ezatt gimgha wara li nqrat din l-Ittra
pastorali
fil-Knejjes Kattolici, l-SS ghamlu
raid fejn
arrestaw l-Lhud Kattolici kollha ta'
l-Olanda.
'Ulied id-dlam' jafu jkunu efficjenti
hafna.
Kien il-Hadd 2 ta' Awissu 1942. Swor
Tereza
Benedetta kompliet tahdem fuq l-istudju
li
kienet qed taghmel fuq San Gwann tas-Salib
- Ix-Xjenza tas-Salib. Il-hamsa ta'
wara
nofs in-nhar. Is-sorijiet kienu ghadhom
kif
bdew s-siegha meditazzjoni li jaghmlu
kull
filghaxija. Kien imiss lil Swor Tereza
Benedetta
taqra' ftit riflessjonijiet qabel ma
jibdew,
halli torjenta lis-sorijiet fit-talb
taghhom.
Waslu zewg ufficjali tal-SS. Riedu
jkellmu
l-Madre. Billi din hasbet li kienet
xi haga
li ghandha x'taqsam mal-emigrazzjoni
ta'
Swor Tereza Benedetta ghall-Isvizzera,
bghatet
lil din is-soru halli tkellimhom. Malli
l-ufficjali
ndunaw li kienet il-persuna li riedu,
tawha
hames minuti halli tigbor xi affarijiet
u
tigi maghhom. Fil-kunvent qam ghagha
shih.
Edith ghall-bidu baqghet ixxukjata.
Issumat.
Imbaghad sellmet lis-sorijiet, talbithom
jitolbu ghaliha u harget mill-klawsura.
Ohtha Rosa kienet qed tistennieha fil-grada
tal-kunvent. Kienet imhawwda hafna.
Xi nies
ingabru fit-triq, kollha rabbja ghal
din
l-ahhar vjolazzjoni. Edith qabdet lill-ohtha
minn idha u qaltilha : "Ejja,
Rosa.
Ejja immorru ghall-gensna." Kien
hemm
karozza tistenniehom li hadithom mill-ewwel
fil-ghassa tal-pulizija ta' Roermond.
Minn
hemm haduhom fil-kamp centrali ta'
Amersfoort.
Kien tard bil-lejl meta waslu.
Il-ghada kienet gurnata twila hafna
ghall-prigunieri
kollha. Hafna min-nisa kienu taht xokk
hekk
qawwi li kienu qishom paralizzati.
Fosthom
kien hemm mat-tlett mitt Kattoliku
Lhudi
hemmhekk. Hmistax kienu patrijiet jew
sorijiet.
Qalu r-ruzarju u l-Ufficju Divin flimkien.
"Din is-soru kellha effett sabih
fuq
kulhadd - isserhek u tghamillek l-kuragg."
Bil-lejl, elf u mitejn minnhom gew
mgaghla
jitilghu fuq tren li hadhom f'Westerbork,
il-kamp centralita' smistament fit-tramuntana
tal-Olanda. "Hofra tal-infern"
sejhilha wiehed mill-ftit li ma mietx.
Malli
waslu kellhom jghaddu sighat u sighat
fi
kju halli jirregistraw rwiehhom. Farsa
tragika!
Imbaghad kulhadd gie mqassam fi kwartieri
seperati, mimlijin hmieg u bla arja
- anke
l-mizzewgin gew mifruda. Wiehed jista'
jimmagina
l-ugiegh. Hafna ghamlu sighat shah
jibku
u jolfqu.
"Dak li kien differenti f'Edith
Stein
kien is-skiet taghha.... Donnha kienet
qed
igorr tant ugiegh li kien tqil ghaliha
titbissem."
Hafna min-nisa tant waqghu d'dipressjoni
li lanqas biss bdew jaghtu kaz ta'
uliedhom.
"Edith Stein kienet qalb dawn
in-nisa
qisha anglu, tfarraghom, tghinhom u
taghmlilhom
l-kuragg.... Kienet tahsel it-tfal,
tippetnalhom
xaghrhom u tara li xi hadd kien qieghed
jitmaghhom
u jiehu hsibhom..."
Ghamlu tlett ijiem hemmhekk - mit-Tlieta
sal-Gimgha filghodu kmieni. "Qatt
ma
bsart li n-nies jistghu jkunu hekk!"
Meta xi hadd staqsieha jekk Alla hux
qed
jisma' t-talb taghhom, hi wiegbet :
"Iva,
qieghed jisma' l-karba taghna. Ma ghandi
ebda dubbju minn dan."
Zewgt irgiel gew mill-kunvent b'xi
hwejjeg
tax-xitwa u kutri. Bis-sahha tal-pulizija
Olandiza irnexxielhom ikellmu lis-Swor
Tereza
Benedetta u lill-ohtha. Tkellmu fuq
ix-xejn
u fuq il-hafna. Iccajtaw u offrewlha
sigarett,
u hi wegibthom li fi zmien l-Università,
gieli kienet tpejjep ukoll! Qaltilhom
li
kienu semghu li kienu sejrin jahdmu
fil-minjieri
fis-Silesja. "Nittama li nkompli
noffri
t-tbatijiet tieghi ghall-konverzjoni
tal-ateji,
ta' shabi l-Lhud, tal-persekuturi Germanizi
u ghal dawk kollha li ma ghandhomx
l-imhabba
ta' Alla f'qalbhom.." Kienet baqghet
liebsa ta' Soru Terezjana. "Lesta
ghal
dak kollu li jista' jigri," tennitlhom.
Ma tantx kellha illuzjonijiet.
Il-lejl bejn il-Hamis u l-Gimgha, qajmu
lill-kulhadd
biex jghajtu l-ismijiet ta' dawk li
kienu
se jigu deportati. Kollha kemm huma
... barra
sitta! Ghalhekk, il-Gimgha filghodu,
eluf
ta' rgiel, nisa u tfal bdew mexjin
lejn it-tren
taht l-ghajnejn tal-commandos SS li
hadu
l-post tal-pulizija tal-kamp.
Bdew l-ahhar vjagg, gewwa vagun li
s-soltu
kienu jgorru l-annimali fih fuq wara
tat-tren!
Kollha ppressati flimkien, hafna shana,
xejn
arja, ebda possibilta li tinqeda. L-umiljazzjoni.
Fuq kollox it-tensjoni psikologika
ta' x'se
jigri, fejn sejrin.... Waqfu fl-istazzjon
ta' Schifferstadt.
Fethu l-vagun ghall-arja. "Mara
liebsa
ilbies skur" kellmet lill-kap
tal-stazzjon
u talbitu jghaddilha t-tislijiet taghha
lid-Dekan
Schwind u l-familja tieghu. Waqfu wkoll
Breslau
- il-belt fejn twieldet u kibret. Il-propaganda
Nazista kienet mibnija tant tajjeb
li hafna
mill-Germanizi u Olandizi lanqas ideja
ma'
kellhom ta' x'kien qed jigri!
Il-Gimgha jew is-Sibt filghodu waslu
Auschwitz.
Fuq il-grada ta' barra sabu l-kliem
solenni
mnaqqax fuq il-hadid 'Arbiet macht
Frei -
Ix-xoghol jghamlek hieles' jilqaghhom.
X'ironija!
Malli waslugew selezzjonati mill-ewwel.
Il-kriterju
kien is-sahha fizika. Dawk li kienu
jifilhu
jahdmu fuq naha. L-ohrajn fuq in-naha
l-ohra.
Haduhom go sala kbira, talbuhom jinzghu
u
jdendlu hwejjighom sewwa. Tawhom sapuna
halli
jinhaslu. Kollox illuzjoni!
Imbaghad mexxewhom lejn il-kmamar tad-docca.
Kmamar enormi bla twieqi b'pajpijiet
fis-saqaf.
Malli ghalqu l-bieb, xi ufficjali haltu
l-kimika
'Zykon BF' li malajr xterdet bhala
gas fuq
dawk kollha li kienu msakkra hemm gew.
Disa'
libri ta' dan l-acidu kapaci joqtol
trasport
swiehed ta' elf ruh. Dan il-velenu
jipparalizzalek
l-muskuli tal-pulmun u hekk tmut fgat.
Mhux l-ewwel darba li minn dawn il-kmamar
tal-gass kienu jinstema' l-kant 'Shema
Israel,
Adonai ..." hiereg minn dawn l-ikkundannati
ghall-mewt bla htija.
Hekk mietet din is-soru. Wara kienu
jigbru
l-igsma u jarmuhom gewwa fossa komuni.
Xhur
wara li mietet Edith Stein, bnew fornijiet
apposta biex jaharqu l-igsma...
Tintercedi ghalina
X'ghadda minn mohhha fl-ahhar sighat
ta'
hajjitha meta sabet ruhha wicc imb'wicc
ma'
tant kattiverja tal-bniedem? "Secretum
meum mihi - is-sigriet huwa tieghi"
kienet wiegbet bi tbissima lil wahda
li darba
talbitha x'inhu ghaddej minn qalbha.
Sigriet
tas-Sultan. Sigrieti tan-namrati.
Nafu biss li ma accettatx din il-mewt b'mod
passiv. "Bil-qalb naccetta il-mewt li
Alla jghazel ghalija. Nixtieq noghod f'kollox
ghar-rieda qaddisa tieghU! Nitolbu biss li
jaccetta t-tbatijiet u l-mewt tieghi ghall-gieh
u s-sebh tieghU u ghal dak kollu li ghandha
bzonn il-Knisja Mqaddsa."
Il-Mulej sema' t-talba taghha.
(c) Fr. Pius Sammut, OCD. Permission
is
hereby granted for any non-commercial
use,
provided that the content is unaltered
from
its original state, if this copyright
notice
is included.
|