
Tereza ta' Lisieux u Edith Stein 
It-toroq li jaghtu ghal Alla huma kollha
differenti. Alla hu tip originali hafna!
Fl-istess hin però jixtiebhu ghax l-bnedmin
huma mibnija fuq l-istess sura. Il-Hadd
11
ta' Ottubru l-Papa se jaghraf bhala
Qaddisa
ghall-Knisja Universali, soru Terezjana
-
Swor Tereza Benedetta tas-Salib jew
kif hi
aktar maghrufa Edith Stein. Santa Tereza
tal-Bambin Gesù wkoll kienet Soru Terezjana.
Mietet meta Edith kellha sitt snin.
It-tnejn kibru f'familja mdaqqsa -
Edith
kienu hdax, imma sitta biss ghexu,
Tereza
kienu disgha imma hamsa biss ghexu.
Edith
mietilha missierha meta kellha sena
u nofs.
Tereza tmutilha ommha meta kellha erba'
snin
u nofs. Edith kellha rabta kbira ma'
ommha,
li baqghet ma' tistax tifhem ghaliex
Edith
saret Kattolika; Tereza kienet marbuta
ma'
missierha, li fl-ahhar snin ta' hajtu
kwazi
tilef mohhu ghal kollox.
Filwaqt li Edith kienet thobb il-kotba
u
l-ghaxqa taghha kienet tmur l-iskola,
Tereza
qatt ma' hamlet l-iskola. Edith qrat
kollox,
specjalment dak li ghandu x'jaqsam
mal-filosofija
u t-teologija mistika; kienet assitenta
tal-professor
famuz Husserl u qatghet snin shah l-Università.
Tereza qrat ftit li xejn - lanqas Bibbja
shiha ma' kellhom il-Monasteru ta'
Lisieux!
L-ambjent tal-familja Martin kien ambjent
religjuz u nisrani ghall-ahhar. L-ambjent
tal-familja Stein kien ukoll religjuz
imma
Lhudi. Tereza dejjem sabet fil-familja
min
jifimha u jinkuraggieha. Edith sabet
hafna
ostakli u nuqqas ta' ftehim fil-familja
taghha
fuq il-vokazzjoni taghha. L-ambjent
familjari
ta' Tereza kien seren. Il-familja ta'
Edith
kellhom jghixu dejjem fil-biza tal-persekuzjoni
anti-Lhudija tan-Nazi.
Il-karattri kienu differenti hafna.
Tereza
kienet semplici u intwitiva. Edith
kienet
analitika u aktarx kumplessa. Wahda
mitfugha
b'ruhha u gisimha ghall-verità ("il-verità
hi l-passjoni wahdanija tieghi").
L-ohra
aktar mitfugha fuq il-ferh u s-semplicita.
It-tnejn kienu jhobbu jiktbu poeziji.
Tereza dahlet soru Terezjana ta' erbatax
il-sena. Edith ta' erbghin. Tereza
mietet
ta' 24 sena u disa' xhur wara marda
li kabritha
hafna. Kienet imdawwra bil-komunità
taghha.
Edith mietet ta' hamsin sena ggasjata
fil-kamp
tal-koncentrament ta' Auschwitz. Kienet
imdawwra
b'nisa u tfal jghajtu u jwerzqu.
L-Imhabba tista' kollox
It-tnejn ghexu dak li kien qal Pascal
: "Qis
l-affarijiet kbar bhala zghar ghax
Kristu
hu s-Sultan; qis l-affarijiet zghar
bhala
kbar ghaliex Hu jista' kollox."
Fil-qalba ta' kollox però insibu xi
haga
li tghaqqadhom : it-tnejn li huma kienu
jemmnu
fl-imhabba.
Hadd it-Trinità, Tereza offriet ruhha
bhala
vittma ta' mhabba lill-Imhabba kollha
Hniena
ta' Alla biex tkun tista' tilqa' fiha
l-Imhabba
hekk immaqdra u mhux milqugha mill-bnedmin.
Hadd il-Passjoni, Edith offriet hajjitha
ghall-gensha ghax gharfet li t-tbatija
maghquda
mas-Salib ta' Kristu ssalva; bhar-Regina
Ester hassitha maghzula halli tirriskja
hajjitha
ghall-gensha.
Meta habiba ta' Edith kitbitilha u
qaltilha
li meta qrat L-Istorja tar-Ruh - l-kitba
ta' Santa Terezina - ma' baqghet impressjonata
xejn, Edith wegbitha hekk : "Skantajt
meta qrajt bir-reazjoni tieghek meta
qrajt
il-kitba ta' Tereza z-Zghira. Qatt
ma' ghaddieli
minn mohhi li xi hadd jista' jsibha
bla benna.
Lili laqtitni hafna. Sibt ruhi wicc-imb-wicc
ma' xi hadd li hi kollha kemm hi minfuda
bl-imhabba ta' Alla sal-qiegh nett
ta' hajjitha.
Emminni, ma naf b'xejn akbar! Hu b'xi
mod
dak li nixtieq Jiena f'hajti u li jirnexxieli
ndahhlu fil-hajja ta' dawk li jghixu
madwari..."
Dan hu s-sigriet! Tkun ippenetrat bl-Imhabba.
Tkun minfud biH. Xi trid aktar?! Kemm
hi
sabiha l-vokazzjoni Terezjana!
(c) Fr. Pius Sammut, OCD. Permission
is
hereby granted for any non-commercial
use,
provided that the content is unaltered
from
its original state, if this copyright
notice
is included.
|