
Imbierka Mis-Salib 
"Ghanja fil-gherf u fil-kuragg!"
Dawn kienu l-kliem li uza Papa Gwanni
Pawlu
II biex jaghti definizzjoni ta' Edith
Stein
- is-soru Terezjana li giet maqtula
fil-kamp
tal-koncentrament f'Auschwitz fl-ahhar
gwerra
dinjija u li l-Hadd 11 ta' Ottubru
se tigi
kanonizzata fil-Pjazz ta' San Pietru.
Min hi din il-mara? X'inhu s-sigriet
taghha?
Kif tista' tghina halli nghixu hajja
isbah?
Hajja f'familja Lhudija
Edith Stein twieldet fil-1891 gewwa
familja
Lhudija li kienu ghadhom kemm emigraw
minn
Lublinitz, l-Polonja minhabba x-xoghol.
Siegfried
Stein kien jinnegozja fl-injam. Dak
in-nhar
li twieldet kien Jum It-Tpattija -
il-Jum
li fih l-Lhud jiccelebraw festa importanti
: Alla jsaffi l-poplu tieghu mid-dnubiet
kollha u bhala sinjal ta' dan, bodbod
jigi
offrut lill-Jahweh u bodbod iehor jigi
mitluq
fid-dezert wara li l-Qassis ikun stqarr
fuqu
l-hazen kollu ta' ulied Izrael. Interessanti!
L-ugiegh deher kmieni fil-hajja taghha.
Missierha
miet meta hija kellha sena u nofs minhabba
xemxata li ha fuq ix-xoghol. Ommha
hadet
f'idha x-xoghol tar-ragel. Edith, iz-zghira
minn sitta hajjin, kellha karattru
difficli.
Rasha iebsa jekk ma tghaddix taghha
kienet
taghmel xenati kbar. Kienet ukoll brava
hafna,
tant li kienet tixrobhom il-kotba.
Minn mindu
kienet ckejkna, kienet tip li trid
tifli
kollox u ma toqghodtx kwieta qabel
ma tasal
ghall-gheruq tal-affarijiet.
Ghalkemm l-ambjent tal-familja kien
religjuz
hafna, u ommha kienet mara devota,
meta kellha
tlettax il-sena Edith hasset li ma
ghandhiex
titlob aktar ghax ma baqghetx temmen
f'Alla.
Baqghet hekk ghal aktar minn tmien
snin.
Intant l-iskola kienet sejra tajjeb
hafna.
Ta' dsatax il-sena, dahlet fl-Universita
tal-belt fejn kienet tghix - Breslau.
Minn
hemm ghaddiet ghall-Università ta'
Göttingen.
Mill-psikologija ghaddiet ghall-filosofija.
Kienet wahda mill-ftit nisa li kienu
jmorru
l-Università dak iz-zmien. Hawnhekk
iltaqghet
ma' Edmund Husserl, filosofu importanti
tal-bidu
tas-seklu. Dan Husserl kien beda moviment
shih ta' hsieb li kien jinsisti fuq
il-fatt
li jezistu veritajiet oggettivi. Fil-hajja
mhux taghmel dak li trid u dak li joghgbok,
bhallikieku l-kriterju li jmexxini
hu l-pjacir
jew mohhi, imma hemm verità akbar u
barra
minni, li tiddetermina l-moralita tal-haga
fiha nnifisha. Edith hassitha f'postha
f'dan
l-ambjent. Kellha mohh filosofiku u
analitku
qawwi. "It-tfittxija tas-sewwa
hi l-passjoni
wahdanija tieghi! "
Hawnhekk tiltaqa' mal-Professur Max
Scheler.
Lhudi li ikonverta ghall-Knisja Kattolika,
dan ibbaza l-filosofja kollha tieghu
fuq
il-fidi. Hija l-fidi fi Kristu li tghamilna
bnedmin. Dan ir-ragunament ixxokja
lil Edith
li kienet ghadha thoss lil Alla l-boghod
mis-sistema mentali taghha. "Nies
li
kont nghamilha maghhom ta' kuljum,
nies li
jiena kont nammira, kienu qed jghixu
f'din
id-dinja gdida..."
Intant fil-1914 faqqet l-ewwel gwerra
dinjija.
Flimkien ma' xi whud minn shabha, Edith
marret
tghin bhala nurse tar-Red Cross gewwa
sptar
fl-Austrija. Ommha qaltilha car u tond
li
ma ridithiex tmur "ghaliex dawn
is-suldati
mhux biss huma morda imma huma mimlija
qamel."
Edith ddecidiet : "Mela immur
bla permess
tieghek!" Rieda ta' l-azzar li
ma tinzel
ghal ebda kompromess fejn tara car...
Imhabba b'Imhabba
Fil-1917 tmur wara l-professur 'taghha'
Husserl
fl-università ta' Freiburg. Mhux talli
hekk,
talli dan Husserl impressjonat bl-intelligenza
taghha u bil-karattru taghha ("Kollox
fiha hu veru" stqarr darba ma'
siehbu)
jahtarha assitenta tieghu. Intant iggib
id-dottotat
fil-filosofija bit-tezi taghha fuq
l-mod
kif ahna nhossu l-ugiegh ta' l-iehor
- "The
Problem Of Empathy".
L-istess sena imut fil-gwerra, il-habib
taghha
Adolf Reinach. Meta hija marret biex
tirranga
u tigbor il-karti ta' dan l-professur
assistent
maghha, baqghet imbelha bl-attegjament
seren
tal-mara zghazugha tieghu, Anna. Stenniet
li se ssib mara rassenjata u mfarrka.
Issib
mara mimlija tama fis-setgha tas-Salib
:
"dan ifejjaq u jaghti l-hajja
lil kulhadd."
Dan kien l-ewwel xaqq serju fil-sur
tan-nuqqas
ta' fidi taghha.
Erba' snin wara dan is-sur iggarraf
ghal-kollox.
Kienet ghand il-hbieb taghha Theodor
u Hedwig
Conrad-Martius. Dawn hargu ghal-lejl
u hija
u tqalleb il-kotba li kellhom fl-istudju
taghha, qabdet il-Ktieb tal-Hajja miktub
minn Santa Tereza ta' Gesù. Baqghet
imsammra.
Kompliet taqra sa' sbih il-jum. Malli
spiccatu,
stqarret : "Din hi l-verità!"
Fl-ahhar
sabet dak li kienet ilha s-snin tfittex...
Hames xhur wara, fl-ewwel tas-sena
1922,
Edith tghammdet fil-Knisja ta' San
Martin
gewwa Bergzabern. Ghazlet Tereza bhala
isimha
l-gdid! Kellha tletin sena. Malli ommha
saret
taf, infaqghet tibki. "Ma rrid
nghid
xejn kontra tieghu (Gesù)," qaltilha.
"Forsi kien ragel tajjeb. Imma
ghaliex
ghamel lilu nnifsu Alla?!" Edith
kellha
tghix il-fidi taghha wahedha. Wahda
biss
minn hutha, Rosa, aktar tard saret
nisranija.
Hafna minna jsibu s-sodda mifruxa.
Jitwieldu
u jikbru insara bla ma qatt japprezzaw
dak
li ghandhom. Edith kellha tfittex.
Fittxet
u sabet. X'sabet? Sabet li Alla biss
jaghti
sens lill-hajja. Sabet f'Gesu Kristu
xi hadd
li jista' jimla' l-qalb. Tant li mill-ewwel
wara l-maghmudija xtaqet tidhol soru
tal-klawsura.
Meta tkun sibt tezor, tkun tixtieq
tghozzu!
Imma d-direttur taghha, il-Kanonku
Schwind,
ta parir li ahjar l-ewwel issir midhla
sewwa
tal-hajja nisranija. Bdiet tghallem
f'kullegg
tal-bniet gewwa Speyer u fl-istess
hin taqleb
ghal-Germaniz ix-xoghlijiet tal-Kardinal
Newman u tal-Patri Teologu Dumnikan
San Tumas
ta' Akwinu. Kompliet tikteb ukoll,
u saret
midhla sewwa tal-problematika tal-mara.
Il-mara,
kienet tirraguna Edith, ghandha vokazjoni
differenti minn dik tar-ragel. Hi mibnija
halli tkun omm, vergni u siehba. Ghalhekk
l-edukazzjoni tal-bniet ghandha tkun
differenti,
aktar taqbel mal-kwalitajiet distinti
tal-mara.
L-istess fuq ix-xoghol. Il-mara ghandha
tghix
hajjitha ta' mara li hi. Il-mara taghder
aktar u thoss aktar. Kelma qawwija
hafna
anke illum fejn insibu kultura shiha
li trid
taghmel mill-mara ragel, kultura li
dahlet
il-mewt fil-guf tal-omm.
Bdiet tircievi hafna inviti halli titkellem
f'diversi lagqhat u seminars. Il-mod
profond
u originali kif kienet tipprezenta
l-vokazzjoni
tal-mara nisranija fis-socjetà kontemporanja
kien jimpressjona. Sabet ruhha titkellem
f'hafna ibliet l-Germanja, l-Austrija
u l-iSvizzera.
Tahdita Bil-Lejl
Fil-1933 Adolf Hitler lahaq Kancillier
tal-Germanja.
Il-persekuzjoni, l-ewwel fina u mohbija
u
imbaghad kattiva u miftuha kontra l-Lhud
issa qabdet ritmu aktar sfrenat. Il-bibien
kollha bdew jinghalqu ghall-Edith.
Ghalkemm
ixxukjata u mugugha hafna minhabba
din is-sitwazzjoni
politika, Edith rat f'dan ukoll l-id
providenzjali
ta' Alla. Indunat li Alla qed isejhilha
halli
bhal Regina Ester tirriskja hajjitha
ghal-gensha.
Indunat ukoll li issa tista' twettaq
il-holma
li kienet ilha ggor hdax il-sena. Issa
setghet
tidhol Soru Terezjana.
Il-hajja gdida taghha fil-Karmelu ta'
Kolonja,
l-Germanja kienet tahlita ta' ferh
u taqbida.
Ferh ... "xi mindaqqiet tant kienet
tidhak bil-qalb, li d-dmugh kien jinzel
minn
ghajnejha." Taqbida ghaliex ma'
kienet
imdorrija issajjar, tnaddaf u tahsel!
Mhux
facli tibdel l-orjentament ta' hajtek
ta'
erbghin sena.
Imma kienet kuntenta. Il-provincjal
talabha
tkompli tikteb. U hija hekk ghamlet.
Interessanti
ghal min 'ghandu ghajnejn biex jara'
hu l-fatt
li l-ahhar ktieb taghha jismu : Ix-Xjenza
tas-Salib. Studju fuq San Gwann tas-Salib.
Is-salib hu l-alfabet tan-nisrani.
Hu biss
jghamlek nies. Fil-vestizzjoni hadet
l-isem
ta' Swor Tereza Benedetta tas-Salib
jew Swor
Tereza Imbierka mis-Salib.
Il-Germanja kompliet sejra fil-programm
taghha
li tohloq it-tielet saltna. F'dan ir-Reich
ma kienx hemm post ghal-Lhud u ghad-dghajfa.
Il-Lhud bdew jigu deportati, hwienet
maghluqa,
drittijiet michuda. Biex tevita hafna
inkwiet
lis-sorijiet shabha, fil-bidu tas-sena
1938,
xi hbieb tal-kunvent hadu bil-karozza
bil-lejl
lil Swor Tereza Benedetta gewwa l-Olanda,
fil-Monasteru ta' Echt. "Kienet
firda
iebsa ghal-kulhadd".
Ma haditx hafna zmien halli tidra.
Sorijiet
godda, spirtu gdid, ambjent ta' hajja
gdid.
"Dak li qeghdli s-salib fuq dirghajja
irnexxielu jghamilhuli hafif u helu!"
It-Tieg tal-Haruf
Imma l-qarnita tan-Nazi ma damitx ma'
ppenetrat
gewwa l-Olanda wkoll. U anke hawnhekk
bdiet
'it-tisfija'. Swor Tereza Benedetta
aktar
bdiet thoss l-urgenza li toffri lilha
nnifisha
lil Qalb ta' Gesù bhala tpattja b'risq
paci
vera. San Pawl kien qal li n-nisrani
huwa
msejjah "halli jtemm f'gismu dak
li
jonqos mit-tbatijiet ta' Kristu ghall-gisem
tieghu li hu l-Knisja." Din is-soru
Lhudija hasset li din hi l-vokazzjoni
taghha.
Vokazzjoni ta' mhabba.
Id-daqqa tal-mannara waslet malajr.
F'Lulju
1942 fil-knejjes kollha kattolici inqrat
Ittra Pastorali miktuba mill-Isqfijet
fejn
ikkundannaw l-mod barbaru li bih kienu
qed
jigu ttrattati l-Lhud. Il-Reichskommissar
Seyss-Inquart mill-ewwel irritalja.
Il-Kattolici-Lhud
kollha jridu jigu deportati fi zmien
gimgha.
Kien il-Hadd. Filghaxija. Is-sorijiet
Terezjani
kienu qed jaghmlu s-siegha meditazzjoni
li
jaghmlu dejjem. Waslu l-SS u arrestaw
lil
Swor Tereza Benedetta u lill-ohtha
Rosa.
"Ejja mmorru ghall-gensna!"
kienu
l-ahhar kliem li qalet fil-Karmelu.
Minn
hemm tefughhom fuq vagun li s-soltu
kienu
jgorru l-annimali. Seba' t'ijiem wara
waslu
kollha Auschwitz gewwa l-Polonja.
Kien filghodu kmieni. Dawk li kienu
ghadhom
b'sahhithom warbuhom ghax-xoghol iebes
u
esperimenti tal-medicina. Dawk li kienu
dghajfa
u morda gaghluhom jinzghu, tawhom hwejjeg
ohra u mexxuhom mill-ewwel ghall-gharajjex
specjali li kienu mimlijin pajpijiet
tal-gas.
L-ahhar xena li rat din is-soru kien
l-ugiegh.
Mietet iggasjata. Gisimha gie mormi
f'fossa
komuni!
Kellha hamsin sena. Fl-ahhar setghet
tgawdi
"l-Haruf" li tant habbha.
(c) Fr. Pius Sammut, OCD. Permission
is hereby
granted for any non-commercial use,
provided
that the content is unaltered from
its original
state, if this copyright notice is
included.
|