
Il-Kwistjoni Ta' Alla Llum 
This is the text of a talk given by
Father
Pius Edwin Sammut to priests and religious
in Malta during their Annual Renewal
session.
It speaks about the issue of God in
contemporary
society and the impact that this has
on the
lives of priests.
Dahla
Il-Knisja Maltija ma ghandhiex bzonn
biss
ta' pjanijiet pastorali imma wkoll
ta' poezija.
U ghalhekk hadt pjacir hafna naqra
l-storja
simbolika li jirrakonta The Abbot and
the
Dwarf. (Derek Webster, The Abbot and
the
Dwarf, St. Paul's Publications 1992,
pp.93-96)
Dan il-ktieb jitkellem fuq nanu, in-nanu
Gwanni li mibjugh ghal damiggana zghira
ta'
mbid fis-suq ta' ilsira gewwa Korintu
lil
Likas isib ruhu ikkundannat jikkumdija
u
jaghmel kuntrabjsi biex idahhak in-nies.
Ta' hmistax il-sena pero' marad u Likas
is-sid
tieghu warbu u hallieh hemm marid jitmermer
fis-suq - bicca ghodda miksura u bla
siwi.
Imma l-Abba Silvanu, djaknu tal-Knisja
ta'
Kristu gewwa Korintu, li kien ghaddej
minn
hemmhekk, gabru, ha hsiebu, fejqu u
afdah
aktar tard lil Abba Nikola.
Darba l-Abba Silvanu - simbolu ta'
Gesu'
Kristu li jsalva lil nanu Gwanni, li
ftit
jew wisq jixbah lilna bil-karikaturi
kollha
taghna - gie jzur lid-dixxiplu antik
tieghu
u qabel ma telaq hallielu tlett rigali,
kollha
mgezwrin puliti. In-nanu fetahhom qalbu
itaqtaq
. L-ewwel rigal kienet gebla zghira
tad-dezert
- kienet toqghod fil-palma ta' idejh.
Kienet
mnaddfa u tleqq u kellha toqba skolpita
proprju
f'nofsha. In-nanu tbissem u qal : "Iva
niftakar l-storja li dejjem kien jghidli
l-Abba fuq in-nemel li kienu jghixu
fi gnien
zghir. In-nemel kienu jahdmu u jilghabu,
jibnu u jaghzqu, jaghmlu l-gwerra u
l-paci,
jghixu u jmutu... kollox f'dak l-spazju
zghir
ta' dak il-gnien zghir. Nemla wahda
biss
ma kienetx taghmel dak li jaghmlu l-ohrajn.
Ghalhekk staqsewha : "Ghaliex
inti tqatta
hajtek bilqeghda u thares lejn il-hajt
tal-gnien
il-gurnata kollha?" In-nemla wiegbet
: "Sabiex inkun nista nifhem kif
nista'
naghmel toqba f'dan il-hajt biex hekk
inkun
nista nghaddi mill-hajt halli nara
x'hemm
'l hemm minnu". Il-messagg hu
car :
ahna lkoll ahna msejha halli nibdew
vjagg
li ma ghandux limiti. Ahna lkoll imsejha
halli nohorgu mill-medjokrita' halli
nfittxu
lil Kristu, il-Mahbub li jigbidna dejjem
hdejh. Ma ahniex ikkundannati halli
nghixu
fl-gheluq tar-rassenjazjoni taghna.
It-tieni rigal kienet skultura helwa
ta'
zring zghir. In-nanu dahak ghax ftakar
fi
storja ohra li kien ihobb jghidlu l-Abba
li kien salvalu hajtu : "Kien
hemm qabda
zringijiet li kienu teologi. Kollha
kienu
bravi hafna imma ma setghux jaqblu
bejniethom
fuq n-natura ta' Alla. Ilkoll kienu
jaqblu
kieku li l-ghamla tieghu sopranaturali
kienet
ghamla ta' zring. Imma xi uhud kienu
jsostnu
li Hu kellu zewgt irjus u erba' riglejn,
ohrajn li kellu tlett ghajnejn u zewg
ilsna
u numru zghir li kellu rjus, riglejn,
ghajnejn
u ilsna bla ghadd". Il-messagg
iva kien
car hafna. Alla huwa akbar minn mohhna
u
meta tipprova tfissru tithawwad : kif
tista'
tfisser it-toghma ta' l-imbid, il-bewsa
ta'
tnejn li jinhabbu, l-paci ta' omm li
thaddan
lil binha? Kif tista' idahhal lil Alla
f'mohhok?
Ahna lkoll msejha halli nimxu fid-dlam
u
nghixu avventura li ma nifhmuhiex...
It-tielet rigal kienet suffura, mahduma
apposta
tal-fidda. B'lehen ferriehi, n-nanu
Gwanni
fakkar lilu nnifsu l-storja li kien
jghidlu
l-Abba. "Darba kien hemm zewg
ghasafar.
Wiehed li dejjem kien ghammar fuq sigra
wahda
staqsa lill-iehor li kien qasam il-bosk
kollu
: "Kemm nixtieq niltaqgha mar-ruah
(ruah
hija kelma Lhudija li tista tfisser
spirtu).
Ili snin shah infittxu - jghidu li
l-ruah
jzommok dejjem frisk u jimliek bil-hena.
Imma ghadni ma sibtux. Nahseb li mhux
qieghed
hawn; inti qatt rajtu?!" L-ghasfur
l-iehor
wiegbu hekk : "Inti ga tafu r-ruah.
Tiltaqa mieghu kuljum. Hu jzommok dejjem
frisk u jgiblek l-hena. Minghajru ma
tistax
ittir. Hu jgiblek l-ikel fuq mnifsejh.
Hu
jiffriskak meta tkun shun. Hu jsemmghalek
l-muzika l-hin kollu. Il-habib tieghek
Ruwah
huwa r-rih!" IL-messagg kien car
anke
din id-darba : ahna qed nghixu ghad-dell
ta' Alla. Ma hemmx ghalfejn imorru
l-boghod
biex infittxuh u biex insibuh.
"Niftakar", qal l-nanu Gwanni
huwa
hu jqieghed dawn it-tlett rigali fuq
l-xkaffa
(il-gebla, iz-zring u s-suffara tal-fidda),
"l-kliem li qalli l-Abba meta
gabarni
mis-suq nofsi mejjet u hadni d-dar
tieghu.
Qalli : Kun af ibni li dak li jarmi
l-kwiekeb
mas-smewwiet, dak li jferra' l-ilmijiet
l-kbar,
dak li jpitter s-sbuhija ta' pagun
u jaghti
l-ghasfur l-ghanja tieghu, kun af li
kien
Hu li fl-imhabba tieghu, halqek lilek."
Xaqt nibda b'din l-storja twila ghax
nahseb
li tigbor dak kollu li nixtieq naqsam
maghkom
illum. Il-kwistjoni ta' Alla llum.
Fejn se
nfittxuh? Kif se nsibuh? Kif se nibqghu
inwassluh?
Din mhiex domanda retorika imma hija
l-aktar
domanda importanti f'hajjietna : kif
jiena
qassis li qed nghix fl-1993 se naghmel
esperjenza
ta' Alla. Bhal ma kien jghid Santu
Wistin
: Jiena Isqof ghalikom imma Jiena nisrani
maghkom. Ghalija li tkun isqof huwa
ministeru,
servizz li gejt mitlub naghmel imma
l-aktar
haga importanti hija l-hajja tieghi
ta' nisrani,
l-esperjenza tieghi ta' Gesu' Kristu,
il-konverzjoni
tieghi.
Il-gimgha l-ohra kont qed naghmel irtir
u
l-predikatur tana ezempju helu hafna
halli
jurina d-differenza bejn ministeri
u karizmi
u frott ta' l-Ispirtu s-Santu. Il-frott
-
jigifieri l-hena, l-imhabba, is-sabar,
l-pieta',
l-familjarita' ma' Alla, l-qawwa, il-konverzjoni
huma frott : marbutin ma' sigra u jiehdu
l-qawwa mis-sigra u huma indikazjoni
cara
ta' kemm hi tajba is-sigra. Il-ministeri
u l-karizmi huma rigali li qeghdin
fuq christmas
tree: qeghdin hemmhekk biex jinghataw
u jiswew
fil-qies li jinghataw - mhux biss biex
isebbhu
s-sigra - imma ma humiex indikazjoni
tal-vitalita'
tas-sigra, tal-hajja u tal-benna tas-sigra
fiha nnifisha. Mhux kemm naf nitkellem
fuq
Gesu' Kristu li jghodd imma kif nafu.
Ahna fuq dan rridu nitkellmu illum
: fuq
is-sigra li ahna ahna, fuq l-esperjenza
taghna
bhala nsara. Irrid nitkellem fuqi.
Fuqi bhala
bniedem, bhala nisrnai, bhala qassis.
Jiena
li hafna drabi nsib ruhi mhawwad quddiem
it-tbatija, jiena li hafna drabi niddubita
u nidhol fi krizi ta' fidi, Jiena li
hafna
drabi nhoss li dan Gesu' Kristu li
tant insemmi
ma nafux, donnu tbieghed, donnu ma
jezistiex
aktar, Jiena li nixtieq naghmel it-tajjeb
imma hemm ligi ohra gewwa fija li meta
rrid
naghmel it-tajjeb, ifegg quddiemi l-hazin
(Rumani 7). Jiena li hafna drabi inhossni
tant vojtminn gewwa u l-kliem tieghi
tant
bla sens u tigini t-tentazzjoni li
narmi
kollox 'l barra, ghax u jekk il-genna
ma
tezistiex, u jekk dan kollu huwa falz,
x'sens
ghandha hajti? L-ateismu mhux il-boghod
minna.
Hafna darbi inhossuh jghajjat gewwa
fina.
Presbiteru illum
Naturalment ahna rridu niskopru lil
Alla
illum fl-1993. Din kellha tkun suppost
is-sena
tal-ghaqda fl-Ewropa. U tiftah gazzetta
u
taqra fuq Sarajevo jew fuq Solingen
u tixxokja
ruhek. Ewropa li ilha tisma' l-Vangelu
snin,
sekli, kwazi elfejn sena! F'Malta ta'
llum.
Kien fatt importanti hafna f'hajti
dan l-Ghid
ta' din is-sena. Waqt li konna qed
niccelebraw
bis-solennita' kollha l-passagg mill-mewt
ghal hajja ta' Sidna Gesu' Kristu,
il-passagg
mid-dlam tal-lejl ghal-kewkba ta' filghodu
li ma tghib qatt ... b'hafna kant,
b'hafna
sinjali liturgici, b'hafna festa...
ftit
metri l-boghod minna kien qed jigi
maqtul
wiehed ragel b'erba' tiri ta' revolver.
Omm
dan ir-ragel, oht dan ir-ragel kienu
hemm
maghna jiccelebraw ... u dan kien mixhut
fl-art bid-demm hiereg, mejjet. Il-kuntrast
ta' hajja li tghix Malta illum. Sinjali
ta'
tama u ta' tigdid fuq naha, sinjali
ta' mewt
u ta' tnawwir fuq n-naha l-ohra ...
ftit
metri l-boghod minn xulxin. Hafna kuntrasi
hafna drabi fina stess.
Illum meta jitkellmu fuq is-socjeta'
fl-Ewropa,
ma ghadhomx jitkellmu fuq modernita'.
Fis-sistema
tal-modernita' kien hemm l-konvinzjoni
li
r-religjon hija zejda, ostaklu ghal-progress
uman. L-utopija kienet din: il-progress
socjali,
il-liberta', l-gustizzja. Niftakar
film Russu
li jgiblek dam li nqasmet : u l-film
jgiblek
fuq naha wahda ta' l-screen haddiema
jahdmu
ghalenija halli jikkontrollaw l-ilma
u ma
jhallux l-hsara tinfirex u fuq n-naha
l-ohra
ta' l-screen grupp ta' nisa xjuh f'ambjent
maghluq u mudlam ta' Knisja ortodossa
li
jitolbu u jghollu incens halli Alla
jaghmel
xi haga halli jwaqqaf dak id-disastru.
U
l-caption taht kienet tghid : min qed
jaghmel
xi haga ghall-umanita' : il-haddiema
jew
ir-religjon?! Illum is-socjeta taghna
baqghet
disilluza. Il-progress ma taniex dak
li weghdna.
U allura hemm attegjament aktar pragmatiku.
Il-postmodernita' thossha migbuda ghal
dak
kollu li hu misterjuz, 'l hemm mir-raguni,
ghal dak kollu li hu esotiku, okkult,
oskur.
Mhux ta' b'xejn li s-satanismu, l-maghmul,
is-seher, it-talismani qed isiru dejjem
aktar
popolari hawn Malta.
Minn naha l-ohra minhabba l-flus is-socjeta
taghmel stragi shiha ta' valuri shah.
Kont
qed naqra li fl-Awstrija kull tfajla
ta'
tlettax il-sena tircievi bagalja pulita
tal-plastic
li fiha l-pillola u ktieb fuq is-sesswalita'.
Interessanti x'jghid dan il-ktieb fuq
l-omosesswalita'
: jghid li l-omosesswalita' hija dritt
li
tifla ta' tlettax il-sena ghandha ghaliex
hija trid taghzel is-sesswalita' taghha
u
l-genituri ma jistghux jindahlulha
jekk hija
trid tkun lesbika. L-istess fuq il-masturbazjoni
: domanda tghid hekk : jekk din il-haga
hija
daqshekk positiva ghaliex ghandna kumplessi
ta' htija wara li naghmluha? Iwiegeb
il-manwal:
ghaliex ir-religjon ghallmuna hafna
tabus,
holqot hafna nevrozi... Ir-religjon!
Hafna
ghanqbut!
Dan qed nghidu ghaliex Malta mhiex
gzira
u kif jghiduli z-zghazagh fl-Universita'
dawn huma l-idejat li hafna jemmnu
fihom.
Meta wahda tfajla tkellemt fus-is-sens
tat-tbatija
fil-vizjoni nisranija, il-professur
qalilha
b'hafna cinizmu : "Kif, tfajla
intelligenti
bhalek, ghadek tmmen f'dawn l-affarijiet?!"
Dan kollu lilna jinflwenzana lilna
qassisin.
Jinflwenzana mhux biss fuq livell ta'
pastorali
imma fuq livell ta' fidi personali.
Il-Knisja
illum qed twerzaq - skuzawni l-kelma
- fuq
il-htiega ta' evangelizzazjoni. Imma
mhux
evangelizzazjoni ghall-ohrajn imma
evangelizzazzjoni
ghalija. Meta il-paper "Lejn Knisja
matura" li tqassmet lilna bi thejjija
ghall-pjan pastorali li jmiss titkellem
fuq
edukazzjoni ta' fidi, dan mhux qed
jghidu
ghall-lajci 'msieken' (!) li ma tantx
huma
midhla tal-Knisja imma lilna qassisin
u patrijiet
ukoll.
Biex tevangelizza trid tkun evangelizzat
inti
Il-Knisja ghandha imhabba enormi lejn
il-bniedem.
Hija taf li tressaq wiehed halli jiltaqgha
ma' Gesu' Kristu tfisser tressqu lejn
il-hajja
ta' dejjem, lejn il-hajja divina. Mhux
l-istess
wiehed li sab lil Gesu' Kristu u iehor
li
ma sabux. Mhux l-istess tkun fid-dnub
il-mejjet
jew tkun fil-grazzja ta' Alla. Mhux
l-istess.
Mhux l-istess le jekk gewwa fik ghandek
il-hajja
divina mejta jew inti haj. Jekk inti
fi Kristu
inti holqien gdid, jekk qieghed fid-dnub
inti mejjet, gewwa fik ghandek il-mewt.
Oqghodu attenti minn certu umanezmu
li dahal
fil-Knisja. U iva, mhux kulhadd tajjeb,
u
iva ma nesagerawx, u allura mhux kulhadd
hu dghajjef...Gesu' qal: Jiena d-dielja
u
intom il-frieghi; minghajri ma tistghu
taghmlu
xejn. Kif fergha jekk mhiex maqghuda
mad-dielja
ma tathiex frott (ghaliex billi hija
maqtugha
il-hajja, l-energija tad-dielja ma'
tghaddhiex
fil-fergha) hekk kull fergha li ma
tatihiex
frott se jigi maqtugha, tinxef u wara
jaharquha.
Kull fergha li ma tathiex frott se
tigi maqtugha".
Jigifieri kull wiehed minna li huwa
fergha
mejta jekk ma jaghtiex frott se jigi
maqtugh.
U kull fergha li taghti l-frott l-Imghallem
jizborha u jnaddafha, Alla se jikkoregieh,
se jsaffih, Alla se jghinu halli jaghti
aktar
frott ghaliex din hi l-glorja ta' Missieri
li tatu l-frott.
Mhux frott taparsi imma frott li jibqa'
ghaliex
gej minn Alla. Ghaliex il-frott li
jigi minn
Alla jibqa', mhuhiex frott hekk ta'
paroli,
quddies, qrar, taghmel katekezi, tohloq
gruppi...
imma n-nies jibqghu kif inhuma, ma
jinbidlu
qatt... Imma frott li jibqa' : konverzjonijiet
veri, hajjiet li jinbidlu, zwiegijiet
li
jinghaqdu, tfal li jitwieldu, risentimenti
li jigu mahfura, presbiteri li jsiru
qaddisin.
Din hi l-katekezi kollha ta' San Gwann.
Kristu
qabel ma jmur ghall-passjoni, fid-diskors
ta' l-ahhar cena, jghid : "Din
hi l-glorja
ta' Misieri, li intom taghmlu hafna
frott
u tkunu dixxipli tieghi. Mhux intom
ghaziltu
lili imma jiena ghazilt lilkom, u htartkom
biex tmorru taghmlu l-frott u l-frott
taghkom
jibqa', halli kull ma titolbu lill-Missieri
f'ismi, huwa jaghtihulkom". Wiehed
ma
jistghax jaghmel frott minghajr il-kuntatt
vitali ma' Kristu l-Kyrios, minghajr
din
l-ghaqda vera u hajja mieghu. Minghajri
ma
tistghu taghmlu xejn. Mhux ftit, tafux,
imma
xejn..
Ghalhekk huwa veru li kien qal b'tant
kjarezza
l-Papa Pawlu VI fl-Evangelica Nuntiandi
li
biex tevangelizza trid tkun evangelizzat
inti. Dak li l-Papa bhalissa qieghed
jghid
fid-diskorsi tieghu ta' kull nhar ta'
Erbgha.
Bhalissa qed jaghmel katekezi tassew
sbieh
fuq is-sacerdozju ministerjali. Jekk
ma hemmx
laqgha vera ma' Gesu' Kristu se nbati
hafna.
Jiena nista' naghtik erba' kotba hoxnin
hekk
fuq il-kiwi sabiex infissrlek il-kulura,
it-toghma, d-daqs, is-sigra, l-mod
kif tkabbar
il-kiwi... imma dan ma jistghax jisostitwixxi
l-ahjar mod kif issir taf il-kiwi :
intik
wahdek u dduqha!
Periklu 1 : servizz ghall-ohrajn
Personalment nibza minn zewg perikoli
li
jistghu jibblukjawna hafna lilna qassisin
u religjuzi f'dan il-process ta' evangelizzazjoni
ghalina nfusna. L-ewwel wahda hija
dik li
Jiena insejjah id-deformazzjoni professjonali
taghna. Ahna nies li gejna ttrenjati
halli
naghmlu servizz. Naghtu, naghtu, naghtu.
Presbiteru huwa dispensator verbi et
sacramenti.
U hekk nqarru, nqaddsu, nippriedkaw,
nahdmu
hafna drabi b'ilsienna barra. X'jigri
pero'?
Jigri li naghmel kollox ghall ohrajn.
Insir
waiter tajjeb minghajr qatt ma nidhol
Jiena
fi process ta' konverzjoni. Ma ninvolvi
lili
nnifsi qatt Jiena. Nippriedka ghall-ohrajn.
Nqarar lill-ohrajn. Nisma' l-Kelma
ta' Alla
halli nara kif nista' inwassalha ahjar
lill-ohrajn.
Ara din tajba - nuzaha ghada fil-priedka.
Naqra ghall-ohrajn halli jkolli materjal
aktar aggornat halli nkun nista' nolqot
aktar
nies. Nqaddes ghall-ohrajn. Inkunu
rejalisti
: kemm ghalina l-quddiesa hija laqgha
personali
ma' Gesu' Kristu? Kemm il-darba Jiena
qghadt
noqghod naqra l-Kelma ta' Alla ghall-gost
li niltaqa' mieghU li jhobbni? Kemm
jiena
lest li nidhol f'komunita' halli flimkien
ma' lajci jew presbiteri ohra nghix
process
ta' konverzjoni? Immur biex niehu u
mhux
biex naghti?
Wiehed jista jkun turista anke fuq
il-Kalvarju!
U din hija problema. Dan huwa l-gherq
ta'
hafna apatija. Il-krizijiet kollha
taghna
huma kollha krizijiet ta' entuzjazmu
- meta
tonqos il-hegga lejn Gesu' Kristu kollox
isir xoghol u kollox isir tedjanti.
Nispicca
l-Hadd ghajjien mejjet, nidhol id-dar,
ninza
s-suttana, nintefa quddiem it-TV -
ghall-erwieh,
ha nistrieh ftit. U anke jekk forsi
hemm
xi haga ftit mahmuga... kwazi kwazi
inhossni
ghandi dritt ghalija... Spiccajt mix-xoghol.
Issa ha nistrieh. Waiter.
Familiarity breeds contempt. Nista'
nidra
l-laqgha li ghandi kontinwament ma'
Gesu'
Kristu fil-Kelma u fis-sagramenti.
Nista'
nohodha bhala bicca xoghol li rrid
naghmel.
Nista nsir dispensator biss u mhux
persuna
involuta. Kanal haj tal-grazzja. Servizz
ta' ahbarijiet divini. Meta fl-1841
Dun Gwann
Bosco sar presbiteru, ommu Margerita
qaltlu
: "Issa sirt qassis, issa aktar
qrib
ta' Gesu'. Jiena ma qrajtx l-kotba
tieghek,
imma ftakar li tghid il-quddiesa tfisser
tibda tbati" (Ara E' diventato
Don Bosco,
Elle Di Ci). X'gherf!
Periklu 2 : Minn religjon ghall-fidi
Problema ohra li nara hija li ahna
qed inhawdu
l-fidi mar-religjon. Il-paci Kostantinjana
u l-ghibien tal-katekumenat dahlu l-ideja
falza li l-kristjanezmu hu religjon
- il-bniedem
imwerwer quddiem grajjiet personali
jew komunitarji
li ma jifhimx u li ma jistghax jikkontrolla,
jipprova jimmanipula lill-Alla favuru
: intik
tant tjubija jew tant offerti jekk
inti tatini
tant sahha jew tant paci. Il-kristjanezmu
hekk sar ghandu post qaddis, sacerdoti
apparti,
artal specjali. Divorzju nett bejn
hajja
profana u l-qaddis. Kollox dominat
mill-biza.
Fir-religjozita', il-bniedem ifittex
li jinqeda
b'Alla b'risq l-ideal tieghu ta' ferh
: hu
jrid li t-tifla tieghu tghaddi mill-ezami,
li l-annimali tieghu jehxienu, li jkollu
hafna flus; u biex jilhaq dawn l-affarjiet
jinqeda b'Alla.
Il-valuri importanti huma l-valuri
borgizi
jew umani, jekk tridu, tas-sahha u
tal-kumdita'.
Is-sahha kollox, Father! Hekk inhawwdu
l-valuri
borgizi mal-fidi. Nisrani tajjeb hu
ragel
onest. Qassis tajjeb hu dak li jaghmel
dmiru.
U dan mhux veru. Huwa fatt li nahseb
li ftit
hemm x'tiddiskuti fuqu li l-valuri
tal-Malti
normali mhumiex valuri insara, mhumiex
valuri
evangelici. L-importanti ghalih huwa
li jissetilja,
jikseb c-certifikati mehtiega halli
jiggarantixxi
futur, ikollu dar tieghu, bizzejjed
flus
halli jaghmel kapricc, jizzewweg u
jkollu
zewgt itfal. Ebda missier mhu se jghid
lill-ibnu
"Ibni, fittex is-saltna t'Alla
u kollox
jigi moghti lilek; fittex is-sens ta'
hajtek"...
imma aktarx jghidlu " Ibni, studja
u
stinka halli ma tigi bzonn hadd ghax
fil-hajja
hadd mhu se jifrixlek is-sodda".
Il-valuri
li qed joghlew 'l fuq huma l-interess
fid-dar,
ix-xoghol, il-'do-it-yourself'. Huma
kollha
valuri materjalistici imbuttati minn
irjieh
qawwija ta' konsumismu. Bhall-popli
l-ohra
ta' l-Ewropa il-poplu taghna qed jigi
sedott
mill-vizjoni materjalista gejja mill-Amerika.
Mhux ta' b'xejn il-popolarita' ta'
dawn is-soft
operas - l-ewwel Dallas u Dynasty u
issa
Marilena u Beautiful.
Minn naha l-ohra l-Malti jhoss ir-religjon
tigri f'demmu. Ebda festa mhi komplita
jekk
ma jkunx hemm xi haga religjuza fiha.
Quddiesa
ghadu jmur u qrara ghadu jaghmilha.
It-tfal
kollha jibghathom id-duttrina u itih
attakk
f'qalbu jekk ibnu ifettilu jissugerixxi
li
mhux se jizzewweg fil-Knisja. Il-knejjes
ghadhom mimlijin u l-festi minflok
ma naqsu
l-esterjorita' taghhom zdiedu u zdiedu
sewwa.
Imma minn naha l-ohra dan il-hafna
quddies
u tqarbin donnu mhux qed ikollu influss
kbir
fil-hajja prattika ta' kuljum. Il-Vangelu
hafna ihossuh utopija u mhux prattikabli
- "fil-hajja trid titghallem tfendi
ghal rasek u tkun taf taqta bi snienek",
jghidulek. Ma hemmx integrazzjoni bejn
ir-religjon
li jghix u l-hajja prattika ta' kuljum;
minkejja
dan jipprova jghixhom it-tnejn.
Kien il-Papa Pawlu VI li b'espressjoni
semplici
ddeskriva sewwa din is-sitwazzjoni
"fil-hajja
tan-nisrani illum hemm divorzju bejn
religjon
u hajja"; it-tnejn jimxu ghal
rashom,
seperati minn xulxin. X'ghandu x'jaqsam
Gesu'
Kristu mal-familja, max-xoghol, mal-politika,
mal-football? U anke jekk ma nghiduhiex
bil-kliem...
x'ghandu x'jaqsam Gesu' Kristu mal-pastorali?!
In-nies affarijiet socjali jridu. Dan
ghaliex
tisma' qassis jitkellem fuq ir-radio
fuq
il-problemi u qatt ma jsemmi lil Gesu'
Kristu?!
X'gara ezattament? Gara li l-magguranza
taghna
qatt ma gew imdahhla fil-fidi - qatt
ma kellna
l-opportunita' naghmlu process serju
fejn
bil-mod il-mod nigu mdahhla fil-fidi.
Sirna
adulti fisikament u intelletwalment
imma
bqajna infantili fil-fidi. Qed jghixu
l-fidi
fuq livell ta' religjozita naturali.
Biex
tkun tajjeb, religjuz, biex titlob,
biex
taghti l-karita', biex taghmel dmirek
ma
hemmx ghalfejn tkun nisrani. Kull pagan
tajjeb
jaghmilhom dawn l-affarijiet. Hija
l-laqgha
progressiva ma' Gesu' Kristu lil lilna
taghmilna
insara.
Hafna minna qatt ma kellhom esperjenza
vera
tal-imhabba gratis ta' Alla murija
fi Kristu
Gesu'. Evangelizzazjoni ma tfissirx
tirkupra
strutturi qodma jew isahhah dawk li
qed jitbandlu,
imma tati hajja lill-valuri : mhux
naccetta
d-domma imma nilqa' Persuna, mhux nosserva
ligi imma xewqa li nghix l-imhabba
mieghu.
Nistaqsi : qatt gejna evangelizzati?
Qatt
kellna dahla progressiva fil-fidi?
Ghaliex
dan l-emfazi kollu fuq is-sagrali u
s-sagramentalizzazjoni?
Ahbar sabiha
Evangelizazzjoni isimha maghha - tevangelizza
tfisser twassal il-Vangelu, twassal
ahbar
tajba, l -ahbar it-tajba. Il-kristjanezmu
jemmen li ghandu twegiba serja u profonda
ghall-problemi li jahkmu l-bniedem.
L-ahbar
hija din : il-bniedem hu mahbub minn
Alla.
Alla jhobbok. Immens. Hekk kif inti.
Bla
ma jippretendi xejn minn ghandek. U
din l-imhabba
mhiex teoriji fl-ajru imma hija persuna.
Alla tant jimpurtah mill-bniedem li
baghat
lill-Ibnu Gesu' Kristu fid-dinja, sar
bniedem
halli ikun jista' jehles lill-bniedem
minn
dak kollu li lilu qed jghassru u mhux
qed
ihallih jghix ta' bniedem. Hu ha fuqu
taqbida
tremenda u f'gismu rebah il-ghadu tal-bniedem.
Dahal fil-mewt u hareg minn hemmhekk
rebbieh.
L-ahbar it-tajba hi Gesu' Kristu li
jghajjat
lil Lazzru, maghluq gewwa qabar u b'idejh
u riglejh infaxxati u b'maktur fuq
ghajnejh
: Ohrog! U Lazzru johrog. Il-Knisja
taf (u
din hi l-esperjenza taghna lkoll) li
l-bniedem,
kull bniedem qed ibati. Qed ibati mhux
ghaliex
ma ghandux flus bizzejjed jew ghax
ghandu
vici insopportabbli, jew ghax hu marid,
imma
ghaliex hu ilsir tal-biza. L-Ittra
lil Lhud
tpoggija b'mod tassew sabih :minhabba
fil-biza
tal-mewt, il-bnedmin huma mjassra ghal
ghomorhom
kollu (Lhud 2.14). Hi din il-biza li
lilna
tiekolna minn gewwa u ma thalliniex
nghixu
hielsa u ferhana kif nixtiequ. Hi din
il-biza
li lilna gghalna ninghalqu fina nfusna
u
nsiru egoisti ghax igghalna nfendu
ghal rasna
u nersqu lejn l-ohrajn biss fil-qies
li huma
ma jeqirduniex. Hi din il-biza li lilna
gghalna
naharbu f'mitt elf kompromess u f'mitt
elf
kompensazjoni. Il-bniedem mhux hazin
imma
hu ilsir. U ilsir ma jistghax jaghmel
dak
li jrid.
Ghalhekk intervena Alla. Halli jehles
il-bniedem
mill-biza. U hekk il-bniedem ikun jista'
jghix hieles. Ikun jista' jhobb. Ikun
jista'
jinghaqad mal-iehor anke meta l-iehor
ikun
qed jeqirdu. Ikun jista' jibni komunjoni.
Il-qawmien ta' Gesu' Kristu hi tassew
ahbar
tajba. Hu qam mill-mewt b'risq taghna
hekk
li ahna wkoll, hi x'inhi s-sitwazzjoni
taghna,
nistghu nqumu mill-mewt taghna. U nistghu
nghixu ta' nies mqajma - barra mill-qabar,
b'idejna u riglejn mahlula mill-faxex
u b'ghajnejna
miftuha halli naraw u napprezzaw.
Hekk jidher car li Gesu' Kristu ma giex biex
jghabbina b'aktar ligijiet u b'aktar precetti.
Lanqas gie biex jghallimna xi haga aktar
fuqu - ma giex biex jitma' lill-mohh taghna.
Lanqas gie halli joqghod iweghdna l-genna
jekk noqghodu kwieti u l-infern jekk noqghodu
imqarbin. Hu gie biex isalvana, biex jifdina,
biex jehlisna.
Hekk fil-qalba tieghu il-kristjanezmu
hu
messagg ta' liberta'. Messagg effikaci,
jigifieri
iwettaq dak li jhabbar. Mhux biss iweghed
il-liberta' imma jaghtiha. Jaghtiha
gratis
: Intom salvi bil-grazzja, permezz
tal-fidi:
u dan mhux bis-sahha taghkom, imma
b'don
ta' Alla Efes 2, 8). Jew kif iqeghda
il-Papa
Pawlu VI fl-Ittra Apostolika Tieghu
Evangelii
Nuntiandi : is-salvazzjoni hija offerta
lill-bnedmin
kollha bhala rigal tal-grazzja u tal-hniena
ta' Alla (No. 27).
Alla jurina li jhobbna billi jsalvana
mill-mewt.
U jsalvana bil-mewt billi jaghtina
l-hajja
tieghu, l-hajja ta' dejjem. Kif iwaslilna
l-hajja tieghu? Permezz ta' katekezi
u sagramenti.
Is-sagramenti jaghtuna l-hajja ta'
Kristu
mqajjem mill-mewt. Imma daqskemm naghmlu
quddies, daqskemm nippriedkaw ahna...
jista'
jghid xi hadd. Veru. Imma min qed jippriedka
lili, min qed iqaddes lili? Din di
d-domanda.
Din hija l-unika rejalta', l-uniku
skop li
ghalih tezisti l-Knisja : biex twassal
din
il-hajja, din il-predikazzjoni, dawn
is-sagramenti.
Din hija l-fidi. Laqgha ma' persuna
li ssir
fl-Ispirtu. Huwa l-Ispirtu ta' Kristu
li
jaghti xhieda lill-ispirtu taghna li
ahna
ulied Alla u li l-genna tezisti. U
li allura
kollox ghandu sens. Anke l-ugiegh.
Anke t-tbatija.
Anke in-non-sens tal-hajja li hafna
drabi
ifarrakna.
L-ugiegh - l-post privilgjat fejn niltaqgha
ma' Alla
Fejn se nsibu lil Alla? Fejn se nfittxu?
Fl-ajru?! Alla ma ghandux karta ta'
identita'.
Alla ma ghandux dar. Alla huwa dejjem
akbar
minn mohhi. Alla qieghed fil-grajjiet.
Elie
Wiesel jirrakonta l-storja li grat
fil-kamp
tal-koncentrament tan-Nazi fl-ahhar
gwerra.
Grupp ta' Lhud gew imgeghla jaraw wiehed
tifel jigi mghallaq. Hafna bdew jitolbu
lil
Alla halli jehilsu. Xejn ma gara. Imbaghad
wiehed infexx jghajjat b'disperazzjoni
:
"Fejn hu Alla?" U iehor hdejh
wiegbu
: hemm, qed jigi mghallaq!
Din l-storja ccaqlaqna lilna bhala
nsara.
Ghaliex ahna nafu dak li gara lil wiehed
jismu Gesu' ta' Nazaret. Hu gie mdendel
fuq
ghuda, mishut minn Alla u mwarrab mill-bnedmin.
U hu wkoll ghajjat : "Alla tieghi,
Alla
tieghi, ghaliex tlaqtni?" Anzi
skond
l-evangelista San Mark dawn kienu l-ahhar
kelmiet tieghu. Imma kien hemm eku
- eku
li gie minn wiehed pagan, ic-Centurjun
li
qal : "Tassew dan ir-ragel hu
Bin Alla"
(Mark 15). Hemm kien Alla. Hemm qieghed
Alla.
Fl-ugiegh. Fuq salib. Din hi c-cavetta.
Hu
l-aktar post rejali fejn tista' ssib
lil
Alla.
Zewg esperjenzi personali. Gewwa l-isptar
Boffa. Cempluli biex jghiduli li tfajla
ta'
ghoxrin sena, l-unika tifla ta' mara
armla,
kienet waslet fl-ahhar. Mort nigri
l-isptar.
Sibtha mejta. Malli ratni ommha, miskina,
bdiet twerzaq u tghajjat. Ta attakk
isteriku
u bdiet tghajjat : Mhux veru li Alla
jezisti.
Inti taf, Piju kemm tlatbu. Inti taf
kemm
xtaqt li binti tghix. Mhux veru le
li Alla
jezisti. L-unika haga li ghamilt kien
li
ghafastilha idha u hallejtha tisvoga.
Imma
f'qalbi niftakar nghid, anke jekk kelli
d-dmugh
f'ghajnejja, - sewwa qed tghid din
il-mara.
Dan alla li qieghed hemm biex isefter
l-bzonnijiet
taghna ma jezistiex. Dan alla li jservi
biss
ghal din id-dinja ma jezistiex. Jezisti
Alla
iehor, Alla li dak il-hin kien qed
ihaddan
lil dik if-tfajla ta' ghoxrin sena
f'dirghajH
ghal dejjem.
Ftit xhur wara kont fl-istess ward.
Fuq sodda
ohra mara ta' 42 sena kenet qed tmut
bil-cancer.
Kienet taf. Kienet ilha taf. Kellmet
lit-tifel
z-zghir ta' tmien snin u qaltlu li
issa hija
dalwaqt sejra l-genna u minn hemm se
tkompli
tiehu hsiebu. It-tifel issummat qaghad
jisma'.
Kien hemm hafna trankwillita'. U hafna
ugiegh.
Ferhet hafna meta ratni u qaltli li
dalwaqt
sejra. Kienet kalma. Meta gie l-kapillan
u staqsieha "kif inti?" bi
tbissima
fl-ugiegh ghax l-cancer kien fl-ghadam
qaltlu
: "kif inti int?" Intefa
jghid
l-Lodi. Inzerta - wahda mill-kumbinazjonijiet
li Alla biss jaf johloq - li s-salm
kien
is-salm 42 "Bhalma ghazziela tixxennaq
ghan-nixxighat ta' l-ilma, hekk tixxennaq
ruhi ghalik, Alla tieghi. Ruhi ghatxana
ghal
Alla, ghal Alla l-haj; meta nigi u
nara wicc
Alla?" Isma' Licia, qalilha l-kapillan,
x'salm hawn illum - hi tbissmet u bdiet
tghidu
mieghu : Ghaliex tintelaq ruh tieghi
u tithawwad
gewwa fija? Ittama f'Ala ghax jien
nibqa
nfahhru, hu l-ghajnuna tieghi u Alla
tieghi!"
Saghtejn wara kienet qed tara wicc
Alla.
Dawn huma fatti li wiehed ma jistax
ihassar
b'gomma. Qeghdin nghixu fi zmien meta
l-lajci
f'certu sens jghamlulna hafna hsara
ghaliex
jippretendu minn ghandna hafna qdusija
li
gaghlna nilbsu wisq maskli. Role socjali
li hafna drabi huwa skomdu wisq. Imma
minn
naha l-ohra qed jghinuna immens ghaliex
qed
jipprovokawna halli ma nikkuntentawx
bil-medjokrita'.
Meta tara fihom tant disponibilta'
ghall-evangelizzazzjoni,
tant imhabba lejn Gesu' Kristu, tant
spirtu
ta' sagrificcju, tant ubbidjenza, tant
tfittxija
tar-rieda ta' Alla bilfors ikollok
thares
lejk innifsek u tghid 'u jiena meta
se nikkonverti?!'
...u thares lejH.
Alla dejjem jibqa' mohbi. Imma jibqa'
dejjem
qrib. L-importanti jghid San Gwann
tas-Salib,
hu li inti ukoll titghallem tistahba
mieghu.
G hax min irid isib xi haga mohbija
irid
jinheba u jidhol fil-mohbi huwa ukoll.
U
meta jsibha ikun mohbi huwa flimkien
maghha.
Isa, mela ruh sabiha, la taf li fi
hdanek
jinsab mohbi l-mahbub tieghek, fittex
li
toqghod mohbija tajjeb mieghu, biex
tghannqu
fi hdanek u thossu bil-gibda tal-imhabba.
U tiskantax jekk ma tifhmux. Tiskantax
jekk
thossux. Tkunx, jghidlek il-qaddis,
bhala
hafna boloh li jahsbu baxx fuq Alla
ghax
jahsbu li meta ma jifhmuhx jew ma jiggustawhx
jew ma jhossuhx Alla jkun aktar 'il-boghod
u aktar mohbi. Il-verita' hija bil-maqlub.
Strofa 1 tal-Kantiku Spiritwali. Dan
hu s-sigriet
ta' kollox : hafna intimita', hafna
hin gharkubtejh,
hafna hin thares lejH.
Qaddisin godda
F'diskors klassiku li l-Papa ghamel
f'Symposium
ta' l-Isqfijiet fl-Ewropa fil-1985
il-Papa
tkellem hekk : "ghadna bzonn ta'
habbara
tal-vangelu li jagharfu jkunu kontemplattivi
namrati ta' Alla: ghadna bzonn ta'
habbara
tal-vangelu li huma esperti fl-umanita',
li jafu l-qalb tal-bniedem ta' llum
sewwa
hafna, li jaqsmu mieghu l-ferh, t-tamiet,
il-biza' u n-niket tieghu; ghadna bzonn
ta'
qaddisin godda".
Dan hu possibli jekk
a. nagharfu bis-semplicita' u bla hafna
sensi
ta' htija jew akkuzi vojta fuq il-passat
jew prezent taghna, li hafna minna
mhumiex
evangelizzati bizzejjed; huwa fatt
li hafna
minna ma ghandhomx esperjenza vera
u diretta
ta' Gesu' Kristu, qatt ma kellhom dahla
progresiva
fil-fidi. Il-hajja spiritwali taghhom
tistrieh
fuq certa tjubija naturali u moralizmu.
Ghalhekk
personalment jiena nifavorixxi u nawgura
il-qassisin halli jkollhom kuntatt
veru u
serju mar-rejaltajiet ekklesjali godda,
tip
in-neokatekumenat, ghax nemmen li hemmhekk
ukoll l-Ispirtu qed jonfoh u minn hemmhekk
jista' jigi rih qawwi ta' tigdid anke
ghalina
l-qassisin.
Mhux attegjament profetiku jekk ahna
nharsu
lejn dawn it-rejaltajiet ekklesjali
godda
bhala theddida ghall-hajja sacerdotali.
Biex
tillibera, trid tkun liberu inti.
b. noqghodu il-hin kollu ghassa fuqna nfusna
halli ma naljenawx irwiehna fuq problemi
sekondarji tip flus, strutturi, proprjeta',
festi, sagramentaliz zazjoni biss ... Il-Knisja
Maltija aktar mhu qed jghaddi z-zmien aktar
qed issir knisja strutturata bil-periklu
serju li nahlu wisq zmien fuq dawn l-strutturi
u ninsew il-hajja : dar sabiha imma ma hemmx
familja hajja! Hadt pjacir naqra fil-paper
Lejn Knisja Adulta : Fil-pass li jmiss issa
jehtieg immorru lil hinn mill-istrutturi
(1.1.3). Mank!
c. nagharfu nghixu halli imbaghad noffru
lid-dinja il-Vangelu veru u mhux Vangelu
imhallat; fi kliem iehor, inridu nitghallmu
nharsu b'kuragg lejna nfusna u ninzghu
minn
dak kollu li hu dinja. Ninzghu wkoll
dak
kollu li hu religjozita naturali...
Biex
insemmi l-ezempju tal-hajja religjuza,
l-storja
tghallimna li fil-mument li l-hajja
religjuza
ssir tad-dinja hi tkun bdiet marda
li se
twassalha ghall-mewt. Ezempju wiehed
isemmih
l-storiku Robert Southern fuq il-Benedittini
fl-Ewropa fil-Zminijiet tan-Nofs :
"No
one any longer looked at them for new
ideas
and new forms of spiritual life. Rather
they
looked to them for stability, pageantry,
involvement in the aristocratic life
of the
upper classes" (Western Society
and
the Church in the Middle Ages, page
271).
Xi haga simili tista (u forsi ga qed
tigri)
tigri fina jekk ma ngharfux nevangelizzaw
lilna nfusna : assimilajna wisq certi
valuri
borgezi, qed niehdu wisq for granted
certi
valuri tad-dinja. Jonoqsna l-vizjoni
sopranaturali...
d. Hafna illum jahsbu li bhala punt
minn
fejn ghadna nibdew huwa l-imhabba pastorali
li fuqha jitkellem tant tajjeb il-Papa
fil-Pastores
tibi dabo n.23 : I l-principju intimu
tal-qawwa
li tahji u tmexxi l-hajja spiritwali
tas-sacerdot
bhala dak li hu xebh ma' Kristu, ir-Ras
u
r-Raghaj, huwa l-imhabba pastorali,
bhala
partecipazzjoni ta' I-imhabba pastorali
ta'
l-istess Kristu, don moghti b' id miftuha
mill-Ispirtu s-Santu, u wkoll bhala
dmir
u sejha li jitolbu twegiba hielsa u
mpenjativa
min-naha tas-sacerdot. Il-kontenut
essenzjali
ta' din l-imhabba pastorali hu l-ghoti
tieghek
innifsek, id-don shih tieghek innifsek
lill-Knisja,
fuq l-ezempju ta' Kristu. "L-imhabba
pastorali hija dik il-virtu' li biha
nixbhu
'l Kristu fl-ghoti tieghu nnifsu u
fil-qadi
tieghu. Mhux biss b'dak li naghmlu,
imma
wkoll bl-ghoti taghna nfusna, nuru
l-imhabba
ta' Kristu ghall-merhla tieghu. L-imhabba
pastorali turi kif nahsbu u nagixxu,
turi
kif ikunu r-relazzjonijiet taghna man-nies.
Titlob hafna minna." Il-hidma
pastorali
huwa ga ghajn ta' grazzja ghalina.
e. L-ahhar kelma. L-ispecificita' taghna
bhala nies konsagrati b'risq il-poplu
ta'
Alla huwa jekk ahna naghrfu nevangelizzaw
minn esperjenza profonda ta' Alla :
ahna
bhal Marija u ma' Marija inridu nitghallmu
nzommu kollox f'qalbna. Hu dan il-kuntatt
vitali u haj ma' Alla fit-talb li jista'
jaghtina d-dixxerniment u l-gherf mehtieg
halli nifhmu l-bniedem ta' llum u nimxu
mieghu
sa' hdejn Gesu' Kristu li kapaci jehles.
Ix-xoghol taghna huwa li nnehhu l-gebla
tal-qabar
halli Lazzru ikun jista' jigi wicc
imb'wicc
ma' Gesu' Kristu. U dan nistghu nghamluh
biss jekk inzommu kuntatt vitali u
kostanti
mieghu. Id-dinja ghandha bzonn ta'
xhieda
u mhux ta' lablaba. Hudu n-nifs dejjem
ma'
Kristu u fi Kristu u lil Kristu!, kienu
jghidu
l-rhieb tad-dezert. (Vita Antonii 91,
3.
Fuq dan il-punt ara il-ktieb sabih
ta' G.A.
Maloney, Jesus Set me free!, Dimension
Books
1977.). Barra minn Alla xejn ma ghandu
toghma
kien jghid San Gwann tas-Salib. (Il-Pubblikazzjoni
Karmelitana Terezjana ghada kif harget
erba'
kotba klassici ta' spiritwalita' li
tajjeb
li jkunu f'idejn il-qassisin kollha
: Il-Hajja,
Triq il-Perfezzjoni u Kastell Gewwieni,
Il-Ktieb
tal-Fundazzjonijiet ta' Santa Tereza
ta'
Gesu', u Il-Kantiku Spiritwali ta'
San Gwann
tas-Salib.) Dan inridu nghajtu b'hajjietna.
Gheluq
Bdejna bi storja : nispiccaw bi ohra
li hadtha
mill-ktieb ta' De Mello, Contact with
God,
India 1990 pp 65-68
In a village in Bengal there lived
a poor
widow whose only son had to go to school
to a neighbouring village each day.
The boy
had to traverse a jungle each day to
go to
school; so he said, "Mother, I'm
afraid
to go through the jungle alone. Send
someone
with me." The mother replied,
'We are
too poor, son, to afford a servant
who could
accompany you to and from school. Ask
your
brother Krishna to accompany you to
school.
He is the Lord of the jungle and he
will
listen to your prayer." That is
just
what the little fellow proceeded to
do. He
walked up to the jungle next day and
called
out to his brother Krishna. And the
Lord
replied, 'What do you want, son?"
Said
the boy, 'Will you come with me to
school
each day and accompany me back home
through
this jungle? I'm afraid to go alone."
"Yes," said the Lord Krishna,
"it
will give me much pleasure to do that
for
you". And so Krishna would wait
for
his little protege each morning and
evening
and walk with him through the jungle.
Now when the schoolmaster's birthday
came,
all the children were expected to bring
him
a birthday present. The widow said
to her
son, 'We are too poor to afford a birthday
present for your master, son. Ask your
brother
Krishna to give you a present for him."
Krishna gave the boy a jug full of
milk and
the boy marched proudly to the schoolmaster's
house and placed the jug at his feet
together
with the many other presents that were
laid
out there. But the master paid no attention
to this humble offering, and after
a while
the child began to whimper with the
spontaneity
of children, "Nobody is paying
any attention
to my present. Nobody is noticing my
present..."
Until the master said to his servant,
"For
heavens' sake take that jug into the
kitchen
or we shall never hear the end of this
complaining."
The servant emptied the contents of
the jug
into a bowl and was going to return
the jug
to the boy when, to his amazement,
he noticed
the jug was filled with milk again.
He emptied
it again into the large bowl; and it
filled
up again under his astonished eyes
-just
like that phial of oil that the widow
used
for the prophet Elisha. When the master
heard
of this miracle, he called the boy
and said,
'Where did you get this jug from?'
"Brother
Krishna gave it to me," said the
lad.
"Brother Krishna? Who is this
brother
Krishna of yours?" "He is
the Lord
of the jungle. He accompanies me to
and from
school each day."
The master was incredulous. 'We're
all coming
to see this brother Krishna of yours,"
he said, and he and the servants and
the
other students all marched our little
boy
to the edge of the jungle and said,
"Call
your brother Krishna. We want to see
him."
So the boy began to call to Krishna,
"Brother
Krishna.. brother Krishna...."
But the
Lord who had always come so promptly
in the
past at the sound of his little friend,
was
silent today. The jungle was silent.
All
that could be heard was the echo of
the boy
calling out to his brother Krishna
in vain.
At last the poor fellow was reduced
to tears,
"Brother Krishna, please come."
he said. 'if you don't come they will
not
believe me... They're saying I'm a
liar.
Do come, brother Krishna".
Then, at last, he heard the voice of
the
Lord who said, "Son, I cannot
come.
The day your master has your childlike
faith
and your simple, pure heart, I shall
come."
Kull kumment iehor hu zejjed!
(c) Fr. Pius Sammut, OCD. Permission
is
hereby granted for any non-commercial
use,
provided that the content is unaltered
from
its original state, if this copyright
notice
is included.
|