
Fejn Hu Alla? 
An article on one of the challenges which
faces every serious Christian: how can one
connect a loving God with the real pain which
exists in the lives of many. The original
inspiration of this article, which appeared
in Rivista ta' Spiritwalita', came from Does
God play a direct role in my life? written
by Ramesh Richard, in Decision, January 1995.
The title of the article in Maltese is the
Biblical : Where is God?
Joan ghadha kif tilfet it-tarbija taghha
ta' sena u nofs. Sabitu mejjet fil-cot.
Ftit
xhur qabel it-tabib kien qalilhom li
zewgha
David kellu bidu ta' cancer. F'qalbha
sabet
ruhha tghid hafna drabi : "Jaf
Alla
x'qed jaghmel f'hajti? Jew tassew insiena?"
Rose ma tistax dderri. Paul, zewgha,
telaq
ma' mara ohra u halla warajh lilha,
lit-tliet
uliedhom u tnax il-sena zwieg. Mhux
l-ewwel
darba li thares lejn is-sema u tistaqsi
:
"Fejn qieghed Alla bhalissa?!"
Ga darbtejn Michael kellu jhassar l-gherusija
tieghu; jinsab mhawwad fuq il-gejjieni
tieghu.
Jixtieq kieku li t-tfajla terga tigi
lura
u hafna drabi jsib ruhu jewhden jekk
Alla
tassew jimpurtahx minnu.
"Hu jaf sewwa" (Gob 23,10)
Hawn sitt biljuni ta' nies fid-dinja.
U l-ghadd
tal-popoluzjoni dejjem jizdied. U hafna
huma
dawk li jistaqsu kif qatt jista' Alla
jaghti
kaz ta' kull wiehed u wahda minna.
Tassew
li Alla jimpurtah minna? Tassew Alla
jindahal
fid-dettalji ta' hajjietna? Hu hafif
tara
l-id ta' Alla meta l-affarijiet imorru
kif
nixtiequ ahna. Imma hu hafna aktar
tqil tara
lil Alla meta s-shab ohxon tal-problemi
jghattu
d-dawl tax-xemx f'hajjitna. "Ghaliex
Alla hu daqshekk sieket?" staqsietni
Sandra hija u thares lejn bintha qed
tmut.
Hawn min isolvi l-problema billi jghid
li
Alla jiehu hsieb l-problemi kbar tal-hajja
imma jhalli id-dettalji f'idejna. Mohhu
aktar
fil-krizijiet kbar ta' l-univers milli
fic-cekcik
taghna ta' kuljum. Il-Knisja ma temminx
dan!
Il-Kelma ta' Alla titkellem car li
Alla jaghti
kaz ta' l-icken dettal ta' hajjietna.
Gesł
Kristu sahansitra jghid li sax-xaghar
ta'
rasna hu maghdud (Mattew 10, 20). L-Alla
taghna hu Alla tad-dettalji - ukoll
ta' dawk
id-dettalji li ahna ma narawx u ma
nifhmux!
Lil min jghid li Alla nsieh, il-profeta
iwiegeb
bi kliem qawwi : "Tista' mara
tinsa
t-tarbija tagha, u ma thennx ghal bin
gufha?
Imqar jekk din tinsa, jien ma ninsiek
qatt!
Ara, naqqaxtek fuq il-keffa ta' idejja;
hitanek
dejjem quddiemi" (Izaija 39, 15-16).
Alla jaf. Jaf kollox. Jekk joqghod
kwiet
dan mhux ghax insiek... jew ghax ma
jafx
x'qed jigri.
"... ghax mieghek Jien!" (Izaija
41, 10)
Imma mhux bizzejjed li Hu jaf. Il-mistoqsija
li tberren f'hafna mhuh hi : Fejn qieghed
Hu meta l-problemi jahkmuna? Jibqa'
maghna
jew jitlaq? Qieghed hemm fuq jew qieghed
hawn isfel? Ghaliex ma narahx? Ghaliex
ma
nhossx il-prsenza tieghu. Ghaliex ma
jaghmilx
xi haga? Huma domandi veri, hafna drabi
hergin
minn qlub mugugha. Il-problemi taghna
huma
tant kbar li johdulna l-orizzont kollu
ta'
ghajnejna. Ma naraw xejn aktar fuq
ix-xefaq.
Naraw lilhom biss. Il-problemi li naraw
iwarrbu
lil Alla li ma narawx.
Il-Kelma ta' Alla tigi biex tghina.
U Alla
ma jqarraqx. Il-hin kollu Alla jserrah
mohh
il-poplu tieghu li Huwa qieghed hafna
qrib
taghhom. L-Alla taghna hu Alla storiku.
Hu
Alla li aktar qieghed fid-dinja milli
fis-sema.
"Alla stess qal : "Jien m'iniex
se nhallik, anqas nitilqek" jistqarr
l-awtur ta' l-Ittra lill-Lhud huwa
hu jwiegeb
lil dawk li jinsabu inkwetati minhabba
n-nuqqas
tal-flus quddiem l-gholi tal-hajja
(13,5).
Ir-ritornell kostanti fl-Iskrittura
huwa
: "La tibzghax! Ghax Jiena mieghek"
jghid Alla lil Izakk (Gen 26,24). "Arani,
jien mieghek u nharsek kull fejn tmur,
u
nerga ngibek f'din l-art, ghax jien
ma nitilqekx
qabel ma ntemm kull ma ghidtlek",
jghid
Alla lil Gakobb (Gen 28,15). "Bhal
ma
kont ma Mosč, hekk inkun mieghek; ma
nhallikx,
ma nitilqekx", jtenni Alla lil
Gozwč
(1,5). "La tibzax, ghax mieghek
Jien!
La tithassibx, ghax Alla tieghek Jien!
Jien
nwettqek, jien nghinek; inwieznek b'leminti
tar-rebha tieghi!" ikompli ghid
Alla
lil Izaija (41,10). U aktar tard jtennilu
din il-weghda : "La tibzax, ghax
jien
fdejtek; jien sejjahtlek b'ismek; inti
tieghi.
Anke jekk tghaddi mill-ilma, jiena
mieghek;
anke jekk tghaddi min-nar, ma tinharaqx
u
l-fjamma ma tibelghekx" (43,2).
Mal-poplu
kollu Alla jsostni din il-weghdatieghu
:
"Aghmlu l-hila u qawwu qalbkom;
tibzghux
u titreghdux quddiem l-ghedewwa taghkom;
ghax hu, il-Mulej Alla tieghek, se
jimxi
mieghek; mhux se jhallik u lanqas jitlqek"
(Dewt 31, 6).
Niftakar sewwa l-kliem ta' Helen. Huha
gie
maqtul kiesah u biered minn halliel
huwa
hu jipprova jisraqlu d-deheb mill-hanut
l-Awstralja,
ftit xhur wara mietet ommha ghal gharrieda,
huha handikappat telghalu u waddab
borma
mishun fuq missierha, missierha billi
kien
self employed ma setghax imur jahdem
sab
ruhu bla paga diehla, t-tifel ta' huha
l-iehor
dahhal musmar f'idu u ghamel gimghat
l-isptar
jilghabha bejn hajja u mewt minhabba
t-tetnu...
dan kollu f'temp ta' sitt xhur! "Alla
kien hemm!" stqarret mieghi. "Alla
kien hemm il-hin kollu". Iva is-skiet
ta' Alla ma jfissirx li hu mhux qieghed
hawn.
Min qatt habb tassew f'hajtu jaf bizzejjed
li xi mindaqqiet is-skiet hu aktar
prezzjuz
u aktar intimu mill-kliem. Hu presenza
aktar
qawwija.
"Ghax Hu jahseb fikom" (I Pietru
5,7)
Hu jaf. Hu qieghed hawn. Imma Hu jimpurtah
minna? Ghaliex Alla li jaf kollox u
li jhobb
tant ma jaghmel xejn biex itaffi l-ugiegh?
Ghaliex ma joffrilniex soluzjoni li
huma
hfief, ta' malajr u bla tbatija? Taghfas
buttuna u l-computer jixghel quddiemek.
Ghaliex
ma hawnx buttuna li ssolvilna l-problemi
u d-depressions tal-hajja?!
Alla huwa Missier. Missier tajjeb.
Ghax Hu
Missier, jimpurtah minnek. Ghazilna
sa minn
qabel il-holqien tad-dinja (Efes 1,4),
gharafna
sa ma qabel ma ssawwarna fil-guf (Ger
1,5),
imliena b'kull xorta ta' barka spiritwali
bil-ghan li nimtlew bl-imhabba u bil-qdusija
(Efes 1,2-6). Is-salmista kollu skantat
jasal
biex jghid li "jiemi kollha huma
maghduda"
u dan sa "minn meta ebda wiehed
ma kien
ghad hemm" (Salm 139, 16). San
Gwann
tas-Salib imbellah jistqarr li hemm
pre-storja
ta' mhabba (ara Kantiku Spiritwali,
dahla
- tezisti traduzjoni bil-Malti ta'
dan l-ktieb
klassiku ta' l-ispirtwalitą). Alla
sahansitra
sawwar il-gewwieni ta' kull wiehed
u wahda
minna "f'guf ommi inti nsigtni"
(Salm 139, 13; ara wkoll Izaija 44,2).
Ghalhekk
la darba ha din il-battikata kollha
biex
jaghmilna, zgur li mhux se jitlaqna
ghal
rihna. Zgur li jiehu hsiebna sewwa.
Zgur
li jimpurtah! Tant li San Pawl jghid
li Kristu
"hatfu" (Filippin 3, 12).
Jaf jipprovdi
ghall-bzonnijiet taghna. Jaf min fejn
ghandu
jmexxina.
"Jien u nhares lura, nista nifhem
il-ghaliex
Alla ghaddieni minn certi toroq",
kitbet
Annie. "Meta kont immur l-universitą
kont nghir ghal dawk li kellhom l-genituri
aktar ghonja minn tieghi ghax hajjithom
kienet
hafna aktar facli; imma fil-ghaks tghallimt
nrazzan lili nnifsi u tghallimt fuq
kollox
ma naqtghax qalbi. Meta l-ewwel tifel
tieghi,
James kellu bzonn operazzjoni f'qalbu,
tghallimt
nistrieh aktar fuq Alla u mhux fuqi.
Meta
l-operazzjoni irnexxiet, tghallimt
irrodd
hajr tassew. Meta Eddie, ir-ragel tieghi
sab ruhu bla xoghol, ahna lkoll fil-familja
ersaqna aktar lejn xulxin u tghallimna
niehdu
gost b'affarijiet zghar, ilkoll tghalimna
naraw il-barka ta' Alla. Alla ghaginni
aktar
fil-mumenti tqal milli fil-mumenti
hfief."
Meta kont nara lill-mama tisforza lill-ghajnejha
u lill-subghajja halli taghmel r-rakkmu,
darba staqsejtha ghaliex ma tuzax magna
tal-hjata.
"Tbati anqas u tlesti aktar malajr",
ghedtilha. "Iva, veru", wegbitni
ommi, bis-semplicitą tipika taghha,
"imma
imbaghad il-kwadru li naghmel ma jkunx
rigal
tieghi lill-hutek - ma jkollux l-istess
sentimenti
ta' mhabba u pacenzja!" Meta nara
kemm
huti jghozzu l-kwadri tar-rakkmu li
ghamlet
il-mama tieghi, nifhem ghaliex Alla
jahdem
mieghi u ma' l-ohrajn tant bil-mod
u b'tant
pacenzja.
"Tliet darbiet tlabt il-Mulej..."
(2 Kor 12,8)
Dak li hu importanti fil-mumenti tqal
ta'
hajjietna hu li nkomplu nzommu l-kuntatt
mieghu. Il-Ktieb tal-Proverbi jaghtina
parir
: zomm l-ordnijiet ta' missierek u
t-taghlim
ta' ommok marbuta dejjem ma qalbek
ghaliex
"huma jmexxuk fil-mixi tieghek,
iharsuk
meta tkun rieqed u ikellmuk meta tqum"
(Prov 6, 20-22). Kemm aktar ghandna
nzommu
"madwar ghonqna" (Prov 6,21)
il-pariri
ta' Alla. Huma jmexxuna u jiddefeduna.
Dan
il-kuntatt ma' Alla hu l-pedament li
fuqu
rridu nistriehu l-hin kollu. Ghalhekk
is-salmista
bir-ragun jitlob : "Triqatek,
Mulej,
gharrafni, il-moghdijiet tieghek ghallimni.
Mexxini fis-sewwa tieghek u ghallimni,
ghax
int Alla tas-salvazzjoni tieghi"
(Salm
25, 4-5).
U fit-talb Hu jghalimmna. Jghallima
bil mod
il-mod il-gherf tieghu. Jurina li jekk
Hu
ma jinterveniex meta u kif irridu ahna,
mhuwiex
ghaliex Hu ma jimpurtahx minna, imma
ghaliex
iridna ninkwetaw fuq l-affarijiet li
huma
ta' min jinkwieta fuqhom! Ma hemm xejn
hazin
li ahna bhal Pawlu nitolbu "tliet
darbiet"
halli l-Mulej iwarrab minn fuqna "ix-xewka
f'gismi". Pawlu ma kellu ebda
dubju
li Alla seta' jsolvilu l-problema.
Imma Pawlu
fehem li Alla hu aktar bravu minnu
u kien
kuntent bit-twegiba li ha minghand
Alla :
Alla ma nehhilux x-xewka imma urieh
li hi
mehtiega ghalih "halli ma jintefahx".
Alla ma jiskruplax jkun iebes maghna
halli
jghallimna xi lezzjoni li ghandna bzon
nitghallmu.
Mhuwiex missier nevrotiku!!
Ma nafx jiena, imma hafna drabi nsib
ruhi
nistaqsi ghaliex nohduha daqshekk bi
kbira
meta Alla ma jaghtiniex dak li ahna
nitolbuh.
Hawn l-Canada u l-Amerika huma poplari
hafna
l-MacDonald - tmur, tordna u jaghtuk
b'heffa
li tghaggbek l-hambuger u c-chips li
tordna.
Fast food, isejhulhom. Xi mindaqqiet
nisthajjel
li ghamilna mill-kristajanezmu taghna
MacDonald
iehor. L-importanti hu li tinqeda.
Malajr
u bla hafna paroli. Ahna nafu x'ghandna
bzonn
u niddetaw lil Alla x'ghandu jaghtina.
Ghamilna
minn Gesł Kristu mezz : nuzawh kif
jaqblilna
u meta jaqblilna. Forsi hafna mid-dwejjaq
taghna jonqos kieku nieqfu nharsu lejn
Alla
bhala waiter li qieghed hemm halli
jaqdi
dak li ahna nistennew mill-hajja. Hu
aktar
bravu minnu. Hu jaghtina dejjem mhux
dak
li rridu ahna imma dak li ghandna bzonn!
Alla ghandu pjan fit-tul. Ghandu strategija.
Hu jixtieq u qed jahdem halli jaghmilna
"qaddisa
u bla tebgha quddiemu fl-imhabba".
Hu
"iddestinana li nkunu ghalih ulied
adottivi..."
(Efesin 1, 4-5). Ghalhekk Alla jaqbad
ic-cirkostanzi
tal-hajja u jdawwarhom halli jilhaq
dan l-skop.
Ovvjament ahna nistghu nirreziztu u
nimxu
ghal rasna. Imma Alla jkompli jsus
warjna.
Ma jaqtghax qalbu malajr! (Mn'alla!!)
Ikompli
jahdem f'kollox id f'id maghna ghall-gid
taghna (Rum 8,28). Trid tkun Alla biex
taghmel
dan. Jekk jibqa' sieket ma jfissirx
li Hu
dghajjef imma jfisser biss li ghandu
pjanijiet
ohra, pjaniet isbah!
Aqra ftit l-istorja ta' Guzeppi (Genesi
37-50).
Hutu ma jahmluhx u jippruvaw joqtluh,
mara
takkuzah li ried jabbuza maghha u jispicca
l-habs ghal snin u snin fuq akkuza
bla bazi,
jipprova jghin u hbiebu jinsewh....
Stragi
fuq stragi. Fl-ahhar jistqarr ma' hutu
:
"Jekk intom gibtuli fuqi d-deni,
Alla
biddlu fil-gid!!" (50,22). Aqra
ftit
l-storja ta' Naghomi fil-ktieb ta'
Rut. Ikollha
temigra fl-art ta' Mowab. Hemmhekk
imutilha
zewgha u imbaghad f'anqas minn ghaxar
snin
l-unici zewgt itfal li kellha. Imma
Alla
kellu pjan ta' salvazzjoni kemm ghaliha
kif
ukoll ghalina. Kieku ma garax hekk,
kieku
Rut, il-mara ta' wiehed minn uliedha,
qatt
ma kienet tiltaqa' ma Boghaz u qatt
ma kien
jitwieled David (Rut hi l-buznanna
ta' David).
Aqra l-storja ta' Stiefnu, l-ewwel
martri
tal-Knisja. Spicca mhaggar, mimli demm
-
imma forsi kieku ma kienx hekk, kieku
Sawlu
qatt ma kien isir Pawlu... u ahna hawn
Malta
ma konniex nircievu l-fidi daqshekk
malajr.
Iva hafna drabi Hu sieket. Imma s-skiet
tieghu
ma jfissirx li Hu ma jafx jew mhux
qieghed
hawn jew ma jimpurtahx...
Ghad jasal jum meta ahna lkoll ghad
nghidu
kollha mbellhin : "Aa! Mela ghalhekk
gara dak li gara! Issa qed nifhem!!"
U dak in-nhar ninzlu gharkubtejna quddiem
dan Alla li jista kollox u li jhobb
daqstant
u nindunaw li kien Hu li ppermetta
l-ugiegh
u kien Hu li mexxa 'l quddiem it-tajjeb
f'hajjietna
u nindunaw li kien Hu li kien qed imexxi
kollox ghall-aqwa gid taghna u ta'
dawk li
ahna nhobbu. Dak in-nhar nghidulu grazzi!
(1)
Footnote :
1. Jekk ghandek ftit tal-hin, aqbad
l-Bibbja
sib post ghal-kwiet u sib it-twegiba
minghandu
ghal dawn il-mistoqsijiet li hafna
drabi
jberrnu f'mohhna. Skrutinja l-ewwel
salm
139, 1-18.23-24. Imbaghad aqra Luqa
12, 22-31
u ieqaf ftit, hares lejH u tbissimlU.
Imbaghad
ikteb fuq bicca karta Rum 8,26-27 u
zommha
fil-but halli tiftakarha sewwa. San
Pawl
fl-Ittra lil Galatin (5,25) jaghtina
dan
il-parir : "Jekk nghixu fl-Ispirtu,
halli nimxu fl-ispirtu". Biex
timxi
trid bilfors taghmel pass wara pass.
Ahna
ma nistghux naraw fil-boghod. Naghmlu
l-ewwel
pass. Wara kollox Gesł se jimxi maghna
dan
il-vjagg. Kuragg u itlob ghalija.
(c) Fr. Pius Sammut, OCD. Permission
is
hereby granted for any non-commercial
use,
provided that the content is unaltered
from
its original state, if this copyright
notice
is included.
|